Home > Archbishop Emeritus Paul Cremona OP > “MELA JIEN SE MMUT?” (2)

“MELA JIEN SE MMUT?” (2)


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu biex ikomplu dak li għamel hu. Hu qalilhom biex jaraw lilu fil-morda u jmorru jżuruhom (Mt 25,36). Lil xi wħud minnhom, l-Ispirtu s-Santu tahom id-don tal-fejqan għall-poplu kollu, li għadu jseħħ sa llum (I Kor 12,9.28). Narawh meta San Pietru fejjaq lil wieħed magħtub “fl-Isem ta’ Ġesu’ Kristu ta’ Nazaret” (At 3,6).

Dan kollu sar mhu biss għal żmien Kristu, iżda għamlu biex jiswa’ għalina wkoll, f’kull post u f’kull żmien.

Mgr Paul Cremona OPDan spjegah San Ġakbu fl-Ittra tiegħu għall-insara biex dak li għamel
Ġesu’ jibqa’ jsir: “Hemm xi ħadd marid fostkom? Ħalli dan isejjaħ lill-presbiteri (saċerdoti) tal-Knisja biex dawn jitolbu għalih, u jidilkuħ biż-żejt f’Isem il-Mulej; it-talba tal-fidi ssalva lill-marid, u l-Mulej iqajjmu, u jekk ikun għamel xi dnubiet, jinħafrulu” ( Ġak 5, 14-15).

Għalhekk il-Knisja rat li kellu l-elementi kollha ta’ sagrament.Dan insejħulu il-Griżma tal-Morda. Dan l-isem huwa iktar eżatt minn dak f’lingwi oħra:’extreme unction’ ‘estrema unzione’. Dan is-sagrament ma jingħatax meta wieħed ikun mistenni li se jmut dalwaqt, iżda għal kull persuna li tkun marida (anki l-anzjani jew min se jkun se jagħmel xi operazzjoni) li għandha bżonn l-għajnuna ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Meta jkun possibbli jista’ jingħaqad miegħu is-sagrament tal-Qrar u l-Ewkaristija li hija sinjal diġa’ tal-ħajja ta’ dejjem: il-Vjatku.

Huwa s-saċerdot li jamministra is-sagrament tal-Griżma tal-morda. Tajjeb li s-saċerdot jgħin lill-marid li jkun qiegħed jiffaċċja billi jakkumpanjah f’dawn il-mumenti. Naħseb li dan l-aħjar isir billi jgħinu jikseb ċertu paċi. Irid jgħinu biex jiġi fil-paċi mal-imgħoddi tiegħu billi jwassallu l-aħbar it-tajba tal-maħfra u l-imħabba ta’ Alla. Inkella jibdew jiġu guilt feelings fuq l-imgħoddi li ma jħalluhx fil-paċi. Irid ukoll inġibu permezz tal-fidi tiegħu il-paċi permezz tat-twemmin fil-qawmien. Il-Mulej ried li minflok il-mewt taħsbu fuq il-laqgħa tagħna ma’ Alla l-Missier. Jiena ġieli nagħtihom jaqraw I Korintin k. 15 fejn San Pawl nitkellem fuq il-qawmien tagħna. Dan il-mument jista’ jkun ukoll mument meta s-saċerdot jakkumpanja lill-persuna biex il-fidi tagħha tiġi msaħħa aktar bl-għarfien ta’ Alla l-Missier permezz ta’ Ġesu’. Meta nkunu nafu li hemm din il-paċi ikun ikktar faċli li titlob mingħajr biża’ għall- fejqan u biex jiffaċċja dan il-mument fil-marda tiegħu b’kuraġġ u forsi nistgħu ngħinuh jikber fit-tgħanniqa tal-imħabba tal-Missier.

Fil-Griżma tal-Morda, is-sċerdot jidlek ġbin u idejn il-marid biż-żejt li jkun ġie mbierek apposta għal dan is-sagrament f’Ħamis ix-Xirka. Dawn huma t-talbiet li jgħid: “B’din id-Dilka Mqaddsa, u għat-tjieba u l-ħniena kbira tiegħu, jieqaf miegħek il-Mulej bil-grazzja tal-Ispirtu s-Santu; Jaħfirlek dnubietek u jsalvak, iħenn għalik u jgħinek. Amen”.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: