L-Evanġelju tas-Sibt 24 ta’ Marzu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 11, 45-56

Kien wasal l-Għid tal-Lhud, u ħafna nies mill-kampanja telgħu Ġerusalemm qabel l-Għid għar-riti tal-purifikazzjoni. Huma fittxew lil Ġesù, u bdew jgħidu bejniethom fit-tempju: “Intom x’taħsbu? Tgħid, jitla’ għall-festa?”.

Din is-silta tagħalq it-tħejjija tal-isfond għal dak li nibdew niċċelebraw minn għada Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, biex matul it-tlitt ijiem ferjali tal-Ġimgħa Mqaddsa, tibda t-tħejjija mill-qrib sewwa għaċ-ċelebrazzjoni tat-Tridu tal-Għid, bit-tifkira tal-ikla tal-Mulej, it-tbatija u l-mewt tiegħu u l-qawmien tiegħu mill-imwiet.

Din it-tħejjija tal-isfond tagħlaq biil-mistoqsija tal-bnedmin dwar il-kuraġġ ta’ Ġesù li jwasslu biex imur Ġerusalemm minkejja li l-Lhud kienu qedgħin ifittxuh biex joqtluh. Għalkemm cameras ma kienux jeżistu, il-kelma xorta waħda ġriet li Kajfa l-qassis il-Kbir dik is-sena kien ħareġ il-kundanna diġa: aħjar wieħed imut għall-poplu. Iżda Ġwanni, li f’dan l-Evanġelju partikulari, irid joħroġ sal-aħħar qatra r-rieda ta’ Alla li tmexxi kollox, jgħidilna li dan Alla inqeda b’dan il-kliem tal-bniedem biex juri li hu qed imexxi kollox, u dak li qed isir huwa t-twettiq tal-pjan tiegħu ta’ mħabba għall-bnedmin kollha.

Ġesù kien għadu kif qajjem lil Lazzru mill-mewt wara li kien diġa beda jinten; l-erbagħt ijiem kienu għaddew u għalhekk, skont dak li kienu jemmnu l-Lhud, il-ġisem tal-mejjet, kien beda il-proċess tat-taħsir u żgur ma kellux ċans jerġa lura għal ħajja, fi kliem ieħor ma setgħux jgħidu li l-qawmien ta’ Lazzru kien fake news. Ammettew li kien miraklu kbir, li seta’ jiġbed ħafna nies lejn Ġesù; kien is-sinjal li dejjem kienu jitolbu iżda qatt ma basru li jista’ jew riedu li jasal.

Laqgħa urġenti li fuq l-aġenda li tidher tagħha kien hemm ħaġa waħda: il-ġid tal-ġens tagħna; fuq l-aġenda moħbija tagħha kien hemm ħaġa oħra: it-theddida tal-awtorità tagħna, iż-żejt se jitla’ f’wiċċ l-ilma u aħna se noħorġu ta’ giddibin u nitilfu l-fiduċja ta’ dawk li għadhom jafdawna; se nitilfu balla voti. F’din il-aqgħa terġa toħroġ il-biża kbir li ħakem l-awtoritajiet tal-Lhud. Dan se jfarrkilna l-istituzzjoni b’dak kollu li hi, ibda mit-tempju u miegħu se nerġgħu nitilfu l-identità tagħna, ninqerdu bħala nazzjon, mhux minħabba r-Rumani kif qalu huma, għax ir-Rumani, s’issa, ma jidher li kellhom ebda interess f’dak li kien qed jagħmel jew jgħid Ġesù, iżda tort tagħhom li kienu għawġu s-sewwa, ħammġu lil Ġesù u nterpretaw kliemu kif riedu huma. It-taħwid, taħwid iġib u jinħtieġ it-taħwid biex jibqa’ jħawwad u jitħawwad. U din il-ġemgħa għalhekk iltaqgħet, biex tara x’taħwid imiss li jitħawwad. Is-soluzzjoni, li kienet ilha tinħema xhur, kienet waħda: hemm bżonn li dan jittajjar minn nofs. Issa naqblu fuq il-prinċipju mela naraw kif se nwettquh.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.