Home > Aħbarijiet > Il-Papa se jmur l-Irlanda għal-laqgħa dinjija dwar il-Familja

Il-Papa se jmur l-Irlanda għal-laqgħa dinjija dwar il-Familja


logoIl-Ħamis 29 ta’ Marzu 2018: F’Awwissu li ġej, il-Papa Franġisku se jmur Dublin, l-Irlanda, biex jattendi għal-Laqgħa Dinjija tal-Familji. Hu ta din l-aħbar fi tmiem l-udjenza ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa li għadda.

Il-Papa mistenni jasal Dublin is-Sibt 25 ta’ Awwissu biex jieħu sehem fil-”Festival tal-Familji” li se jsir fi Croke Park Stadium. Matul il-festival, familji li jirrappreżentaw il-ħames kontinenti se jirrakkuntaw l-istejjer tal-fidi tagħhom. Il-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Irlanda laqgħet bil-ferħ din l-aħbar mogħtija mill-Papa nnifsu, f’isem il-fidili kollha tal-Irlanda.

Inħossuna onorati għall-aħħar li l-Papa Franġisku se jżur pajjiżna biex jieħu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni tal-Knisja universali, ċelebrazzjoni ta’ fidi u ferħ daqskemm hi ċelebrazzjoni tal-isfidi kontemporanji li qed tħabbat wiċċha magħhom il-familja, qalu l-isqfijiet fi stqarrija.

Qed nistennew b’ħerqa kbira, komplewm jgħidu, biex nisimgħu l-Papa jtina l-gwida appostolika matul il-qagħda tiegħu fl-Irlanda.

Waqt l-udjenza ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa li għadda, żewġ familji Irlandiżi ppreżentaw l-ikona tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji 2018, lill-Papa Franġisku.

Fost dawk li kienu qed jieħdu sehem fil-preżentazzjoni kien hemm l-Arċisqof Diarmuid Martin, il-President tal-Laqgħa Dinjia tal-Familji 2018, dun Tim Bartlett, is-segretarju ġenerali u l-ikonografu Mihai Cucu.

L-ikona uffiċjali tal-laqgħa Dinjija tal-familji 2018 qed idur il-parroċċi tal-Irlanda kollha f’pellegrinaġġ sabiex il-fidili jitħejjew tajjeb għal dan l-avveniment li se jsir f’Dublin bejn il-21 u s-26 ta’ Awwissu bit-tema: Il-Vanġelu tal-Familja: Ferħ għad-dinja kollha.

Attività partikolari li se ssir se jkun Kungress Pastorali ta’ tlett ijeim li se jinkludi werkxops, taħdidiet u diskussjonijiet dwar it-tema ewlenija tal-laqgħa.

Il-Kungress se joffri wkoll programm għaż-żgħażagħ u se jkunu organiżżati ativitajiet ta’ fidi u logħob għat-tfal.

Il-meniġer tal-komunikazzjonijiet tal-Laqgħa Dinjija tal-familji, Brenda Drumm, kienet preżenti flimkien mal-familja tagħha, fi Pjazza San Pietru, nhar l-Erbgħa li għadda waqt il-preżentazzjoni tal-ikona lill-Papa.

L-aħbar tal-Papa kienet ta’ ferħ kbir għaliha u għal bintha Emma Tobin li fissret kemm se tkun ta’ fejda għaż-żgħażagħ iż-żjara ta’ Franġisku fl-Irlanda.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: