Jiftaħ il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju tal-Provinċja Agostinjana Maltija


Il-Ħamis 5 ta’ April 2018: Il-bieraħ fetaħ uffiċjalment il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju tal-patrijiet Agostinjani ta’ Malta. Il-Kapitlu huwa laqgħa ġenerali li fiha r-reliġjużi jinġabru biex jiċċelebraw u jevalwaw il-ħajja tagħhom, waqt li jippjanaw il-programm tagħhom għall-erba’ snin li ġejjin. L-Agostinjani jagħtu s-servizz tagħhom lill-Knisja u lis-soċjetà f’diversi oqsma, kemm f’Malta u kif ukoll lil hinn minn xtuxtna.

osa.jpg

Fiċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ tal-Kapitlu, il-Pirjol Ġenerali tal-Ordni Agostinjan, Patri Alejandro Moral Anton , ta l-mandat lill-Pirjol Provinċjali l-ġdid, Patri Leslie Gatt, li kien elett aktar kmieni din is-sena.

Waqt il-laqgħa ġie elett ukoll il-Kunsill tal-Provinċja magħmul minn, Patri Mario Abela, Patri Alex Cauchi , Patri Paul Formosa u Patri Franco Grech. Patri Terence Spiteri kien elett Segretarju Provinċjali waqt li Patri Pierre Desira kien elett Ekonomu Provinċjali.

Il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju li qed jinżamm fil-Kunvent ta’ San Mark ir-Rabat ikompli permezz ta’ diskussjonijiet fil-ġranet li ġejjin. Il-patrijiet imbagħad jerġgħu jinġabru fl-aħħar ġranet ta’ April waqt l-assemblea ġenerali.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.