Il-Papa sejjaħ lill-Isqfijiet Ċileni għal-laqgħa f’Ruma.


Il-Ħamis 12 ta’ April 2018: F’ittra li kiteb il-Papa Franġisku lill-Isqfijiet taċ-Ċilì huwa qal li jħoss mistħija u weġgħa għall-mod żbaljat li bih evalwa s-sitwazzjoni fiċ-Ċilì fil-każ ta’ allegazzjonijiet li diversi, fosthom l-Arċisqof Barros kienu jafu u għattew għadd ta’ abbużi sesswali.  (Ara l-ittra tal-Papa)

Huwa talab maħfra pubblikament u qal li se jagħmel dan ukoll personalment ma’ rappreżentanti ta’ dawk li l-Arċisqof Cħarles Scicluna intervista meta kien iċ-Ċilì.

Il-Papa sejjaħ lill-Isqfijiet Ċileni għal-laqgħa f’Ruma.

Fl-ittra lill-Konferenza Episkopali Ċilena huwa qal li x-xhieda kienet waħda diretta, mingħajr tiżjin jew ħlewwa, xhieda ta’ diversi ħajjiet imkissra li, huwa stqarr, iġiegħluh jistħi.

Fi tweġiba, it-tliet protagonisti f’dan il-każ:James Hamilton, Juan Carlos Cruz u Jose Andres Murillo, qalu li filwaqt li laqgħu l-apoloġija tal-Papa, qed jevalwaw l-istedina tiegħu biex imorru l-Vatikan. Huma qalu li l-ħsara ma saritx lilhom biss u jeħtieġ li jkun hemm riparazzjoni.

Il-lajċi ta’ Osorno, iċ-ċentru ta’ dan l-iskandlu, ukoll laqgħu l-apoloġija tal-Papa u talbu għal djalogu ta’ fejqan.

Rapport ta’ Sylana Debono fuq in-Newsbook

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.