Aħbarijiet

Il-Papa Franġisku sejjer l-Irlanda


wmof2018-dublin-ireland.jpgIl-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018: Tħabbar il-programm tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa fl-Irlanda għal-Laqgħa Dinjija tal-Familji li se tibda s-Sibt filgħodu 25 ta’ Awwissu meta se jħalli Ruma lejn Dublin.

Il-merħba uffiċjali se ssir fir-Residenza Presidenzjali u wara l-Papa se jiltaqa’ mal-President. Il-Papa Franġisku mbagħad se jiltaqa’ mal-Awtoritajiet Ċivili u l-membri tal-Korp Diplomatiku f’Dublin Castle.

Kmieni waranofsinhar, il-Papa Franġisku se jżur il-Pro Katidral ta’ Santa Marija u jsellem lil dawk li se jkunu hemm biex jilqgħuh. Imbagħad il-Papa se jmur fiċ-Ċentru ta’ Lqugħ tal-Kappuċċini u se jżur fil-privat għadd ta’ familji bla dar. Il-Papa se jtemm il-jum bil-Festival tal-Familji fi Croke Park Stadium.

Il-Ħadd, il-Papa Franġisku se jmur Knock biex iżur is-Santwarju u jirreċita t-talba tal-Angelus. Wara li jmur lura Dublin, il-Papa se jippresiedi l-liturġija ta’ filgħaxija f’Phoenix Park u wara se jiltaqa’ mal-Isqfijiet tal-Irlanda fil-kunvent tas-Sorijiet Dumnikani. Dak se jkun l-aħħar impenn tiegħu qabel jirritorna lura Ruma.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s