Aħbarijiet

Il-Mufti ta’ Aleppo jfaħħar l-Insara


Is-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018: Il-Mufti ta’ Aleppo jisfida lit-terroristi; mgħasses bi skorta.

“Fejn jinsabu huma, l-Insara, hemm aktar umanità u ġentilezza u tispikka l-imħabba tal-proxxmu.”

(Aleppo): Tkellimt  mal-Mufti ta ‘Aleppo, Sheikh Mahmud Assam, li hu l-ogħla awtorità reliġjuża u ġuridika ta’ din il-belt. M’hemmx għalfejn wieħed jenfasizza xi jfisser tirrappreżenta l-Musulmani ta’ Aleppo, il-belt martri tal-gwerra ċivili Sirjana imma li hi wkoll il-benniena ta’ l-Islam radikali Sirjan.

aleppo mufti.jpgFl-2011, ħdax-il reliġjuż minn Aleppo kienu l-ewwel li ffirmaw dikjarazzjoni li tikkritika lill-gvern ta’ Bashar al-Assad għall-mod kif ħadha kontra l-protesti. Fuq quddiem, imbagħad, Ibrahim al-Salqini, sar l-ewwel mufti tal-belt fl-2005.

Dan kien tentattiv ovvju mill-gvern, li kellu ħafna influwenza fuq ċerti ħatriet, biex jasal għal xi forma ta’ ftehim mal-Islam Sunnita radikali fiż-żmien ta’ kriżi diplomatika wara l-qtil tal-Prim Ministru Lebaniż Rafik Hariri, ukoll Musulman Sunnita u marbut ħafna mal-Għarabja Sawdita u l-monarkiji taż-żejt tal-Golf.

Min aħjar minn Al-Salqini, allura, li fis-snin sebgħin kien saħansitra elett għall-Parlament fil-listi tal-Fraternità Musulmana? Dan kollu jġegħelna nifhmu min hu tabilħaqq Sheikh Mahmud Assam

U li f’Mejju tal-2015, jiġifieri qabel l-intervent tar-Russja, meta Sirja dehret li sa tikkollassa u Aleppo meqruda mill-milizzji Islamiċi, ħareġ fatwa li ddikjarat li wieħed jservi fl-armata kien “dmir reliġjużi, morali, nazzjonali u soċjali

Il-ftit kliem li kelli miegħu għinuni biex tassew nagħmel intervista. Biex stajt nagħmel dan, però, wieħed irid jifhem x’kienu l-konsegwenzi tal-pożizzjini li ħa. Hemm, ovvjament, min ma ħafirlux. Assam qed jgħix ħajja mgħasses, mħares minn skorta militari (mhux pulizija, iżda suldati) li qatt ma jitilquh minn taħt għajnejhom. Mhumiex ftit fost dawk ħutu Musulmani, Salafiti jew Wahabi, li jridu jqaxxruh ħaj. Iżda hu jibqa’ jżomm dritt. Ltaqa’ mal-Isqfijiet tad-diversi denominazzjonijiet Kristjani biex jaqsam magħhom it-tislijiet fl-aħħar tax-xahar tar-Ramadan, faħħarhom u stqarr li “fejn jinsabu huma, l-Insara, hemm aktar umanità u ġentilezza u tispikka l-imħabba tal-proxxmu.”

Huwa tkellem dwar il-valuri, tal-ġid prezzjuż li jeżisti f’kull individwu u mhux biss fil-komunitajiet, u faħħar l-istat sekulari. Imbagħad hu dawwarhom mal-palazz storiku ta’ Aleppo (Lvan) li, qabel il-gwerra, kien iservi bħala l-qorti reliġjuża Iżlamika. Struttura sabiħa, ovvjament illum saret terrapien. Sitwazzjoni li tistigah biex iktar jikkundanna il-vjolenza. Mhux ta’ b’xejn li dawk li jixtiquh mejjet dejjem jiżdied.

http://www.occhidellaguerra.it/mufti-aleppo/

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s