Aħbarijiet

“Nipprova dejjem naqdi din ir-responsabbiltà b’sens ta’ qadi u servizz kbir” – L-Isqof-elett Mons. Galea-Curm


Is-Sibt, 23 ta’ Ġunju 2018: L-ewwel messaġġ tal-Isqof-elett Mons. Joseph Galea-Curmi bħala l-Isqof Awżiljari l-ġdid ta’ Malta.

441577-740xnone.jpg

Messaġġ tal-Isqof-elett Mons. Joseph Galea-Curmi – Fir-residenza tal-Arċisqof, l-Imdina

Eċċ. Mons. Nunzju Appostoliku,
Eċċ. Arċisqof Charles J. Scicluna,
Eċċellenzi,
Ħuti,

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjak, għażiż Nunzju Appostoliku, għall-kliem tiegħek u nitolbok twassal anke l-gratitudni u fl-istess waqt anke l-għożża tagħna, il-poplu Malti, lill-Papa Franġisku. Nixtieq nirringrazzjah tal-fiduċja u ta’ din il-missjoni u responsabbiltà li qed jafdali u nitlob illi nipprova dejjem naqdi din ir-responsabbiltà b’sens ta’ qadi u servizz kbir.

Nirringrazzja lilek, Eċċ. Mons. Arċisqof, li miegħek ħdimt f’dawn it-tliet snin u erba’ xhur illum, u rajt fik tassew ragħaj ta’ għerf, ta’ qalb kbira, ta’ stima fil-Knisja universali, ta’ stima kbira anke mill-Papa Franġisku, li għalina l-Maltin il-Papa hu wkoll eżempju ta’ kif aħna nħarsu lejk u tal-eżempju sabiħ li tajtna inti f’dawn is-snin ta’ ragħaj tal-Knisja, ragħaj tal-poplu ta’ Alla f’Malta.

Nixtieq nirringrazzja ħafna lilkom ilkoll, lill-familja tiegħi, l-Arċisqof semma l-mamà u l-papà tiegħi li niftakarhom b’għożża. Nixtieq nirringrazzja lill-kollaboraturi kollha u ngħid kelma waħda biss fuq il-messaġġ: l-iktar ħaġa li jien li nixtieq nenfasizza hija li ngħożżu l-ħajja u ngħożżuha billi anke nsostnuha b’ħafna imħabba, li ngħixu l-ħajja tagħna b’ħafna mħabba .

Nitlob illi nkun ragħaj skont il-qalb ta’ Alla u xtaqt li anke nispiċa b’din it-talba, li ili żmien ngħidha kuljum qabel nibda x-xogħol tiegħi u llum naturalment issa nibda ngħidha b’ħafna iktar ħeġġa.

Talba qasira ħafna: ‘Mulej, agħmel li l-ħidma tiegħi tkun dejjem għall-glorja tiegħek, bi spirtu tiegħek u għal ġid tal-oħrajn kif għallimtna int’.

Grazzi ħafna.

✠ Joseph Galea-Curmi
Isqof-elett

One thought on ““Nipprova dejjem naqdi din ir-responsabbiltà b’sens ta’ qadi u servizz kbir” – L-Isqof-elett Mons. Galea-Curm

  1. AD MULTOS ANNOS! Nawgura lill-Isqof elett, Mons. Joseph Galea Curmi, l-isbaħ xewqat f’din il-Ħatra ġdida tiegħu fl-Għalqa tal-Mulej. Jiena żgura li din hija għażla tajba ħafna għall-poplu kollu. Nitolbu għalih u għall-maħbub Arċisqof Charles J. Scicluna biex Alla jgħinhom fil-Ħidma kbira tagħhom għas-salvazzjoni tal-merħla f’data f’idejhom.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s