L-Evanġelju tal-Ħadd 24 ta’ Ġunju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 1:57-66.80

Alla jħenn għax Alla jiftakar u jżomm kelmtu. It-tlit protagonisti ta’ din is-silta jgħidulna l-istorja wara l-istorja. L-isem Ġwanni jfisser ‘Alla jħenn’; Eliżabetta jfisser ‘Alla jżomm kelmtu’ u Żakkarija jfisser li ‘Alla jiftakar’.

It-tifsira tat-tlit ismijiet tirrakkonta l-ġrajja tal-koppja li qabżu sew iż-żmien tat-tnissil tal-ulied, tant li Żakkarija ma emminx kliem l-anġlu fit-tempju. Kien impossibli għalih li jnissel f’moħħu possibiltà bħal din. Filwaqt li ismu jfisser li Alla jiftakar, hu nesa jittama fih. Eliżabetta ftakret li Alla jżomm kelmtu ma’ min jaħdem id f’id miegħu għall-ġid u faħħret lil Alla u Ġwanni, sa, minn ġu fommu, għaraf il-ħniena ta’ Alla fil-preżenza ta’ Ibnu f’ġuf Marija ommu.

Il-fidi tal-iben, ma’ twelidu, tat mill-ġdid il-kelma lil missieru li tilifha bin-nuqqas ta’ fidi tiegħu. L-ammissjoni li Alla jħenn, turi mill-ewwel il-ħniena tiegħu ma’ dawk li jibżgħu minnu.

L-istorja l-oħra wara l-istorja ta’ dawn it-tlieta minn nies hija l-istorja tagħna lkoll, li, kultant, nitolbu bħal Eliżabetta u ninsew bħal Żakkarija. Jeħtiġilna ħaġa waħda, li bħal Ġwanni nemmnu li Alla tassew hu ħanin għax għażilna u l-istess ħniena nuruha ma’ kulħadd, anke ma’ dawk li ma jemmnux mill-ewwel.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.