Direttur ġdid għall-Caritas Malta


It-Tnejn 6 ta’ Awwissu 2018: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lis-Sur Anthony Gatt, psikologu, bħala direttur tal-entità tal-Knisja Caritas Malta. Anthony Gatt ser ikompli jaħdem biex il-Knisja, permezz tal-Caritas, issaħħaħ is-servizzi li toffri bla ħlas b’mod partikolari fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga, il-ħidma b’risq il-fqar u l-familji li għaddejjin minn problemi soċjali, u l-ħidma favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-persuna.

83-anthony-gatt.jpgAnthony Gatt twieled fl-1976, il-Belt Valletta. Huwa psikologu li ilu jaħdem fil-qasam tal-għajnuna soċjali mill-1999. Iggradwa mill-Università ta’ Malta fil-psikoloġija u l-ewwel impjieg tiegħu kien ma’ Caritas Malta bħala kordinatur tal-voluntiera. Għal għaxar snin għamel xogħol volontarju mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.

Kiseb Masters fil-Counselling Psychology mill-Università ta’ British Columbia f’Vancouver, il-Kanada. Kompla l-ħidma tiegħu bħala psikologu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga mal-Aġenzija Sedqa. Ħadem għal numru ta’ snin fil-privat qabel ma’ reġa’ ngħaqad ma’ Caritas Malta f’dawn l-aħħar tliet snin. Fil-Caritas kellu r-rwol ta’ kordinatur kliniku fejn ikkordina l-firxa wiesgħa ta’ servizzi u programmi ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.

Mill-2004, huwa lettur mistieden (visiting lecturer) fl-Università ta’ Malta fejn jgħallem fil-qasam tal-counselling u l-psikoterapija, il-psikoloġija umanista u l-psikoloġija tal-organizzazjonijiet. Matul is-snin serva fuq diversi bordijiet tal-Knisja u tal-Istat, fosthom il-bord professjonali tal-psikoloġi u l-bord tal-ħabs għar-rijabilitazzjoni mid-droga. Għal diversi snin serva wkoll fil-kunsill tal-Kamra Maltija tal-Psikoloġi.

Ispirat mit-tagħlim soċjali tal-Knisja li “dak li tagħmlu mal-iċken fost ħuti, tkunu qed tagħmluh miegħi,” u mill-imħabba tal-Papa Franġisku għall-batut, Anthony isib fil-Caritas dar naturali bil-bibien dejjem miftuħa għal min hu waħdu, fqir u mtaqqal bid-diffikultajiet tal-ħajja. Fi kliem Anthony Gatt, “Caritas Malta hi dar li tagħti wens, serħan u dinjità, tama u fejqan. Dar fejn il-bniedem jagħraf is-sbuħija tiegħu f’komunjoni mal-oħrajn”.

Anthony Gatt huwa miżżewweġ lil Marisa u għandhom ħamest itfal ta’ bejn it-tliet snin u l-14-il sena.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.