L-Evanġelju tal-Ħamis 30 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 24, 42-51

Meta kollox ikun jidher mitluf induru lejn Santa Rita tal-impossibli jew lejn San Ġuda Taddew, tal-kawżi mitlufa. It-taljani jgħidu ‘quando non possiamo piu ritorniam al buon Gesù’. Hawn min jitkaża b’ħaġa bħal din; nistħu nduru lejn min inkunu abbandunajna, għax kieku nkunu aħna ngħidu: hekk sew, aħna taż-żejjed u n-nieqes. Iżda il-buon Gesù ma jirraġunax hekk. Tmur x’ħin tmur, mhux biss bil-bieb miftuħ issibu, iżda b’dirgħajh miftuħa wkoll. Donnu jrid jgħid jien għaddejt minn tant għalik se noqgħod infittex l-intitef tiegħek?

Iżda ma jiqafx hemm. Inutli jħollilna l-għoqiedi u mbagħad iħallina għal riħna. U l-parir tiegħu huwa dan: oqgħodu attenti. Aħjar ma tqabbadx is-sulfarina milli tipprova titfi n-nar. Ishar m atfissirx iftaħ ħalqek ħalli l-bajtra taqa fih imma mhux u aqta l-bajtra int għax jekk tistenniha taqa’ f’ħalqek għandha mnejna ma tkunx immirata sew u tinfaqa’ f’wiċċek.

Ishar u oqgħod attent għax żiemel sfrattat għandek f’idejk u ta’ kuljum iweġġa’ r-ras. Faċli ħafna nimpenjaw ruħna li ngħixu tajjeb, bir-rażan u b’kull sensitività għal dak li hu ħażin, iżda meta l-ħaġa trid tgħixha kuljum, u kull jum huwa mżejjen b’sitwazzjonijiet differenti, faċli ħafna titfixkel u tiżloq. Il-fedeltà li tfisser ripetizzjoni kontinwa tal-impenn u l-għaqal li jfisser għerf imqiegħed fil-prattika mhumiex l-iktar żewġ kwalitajiet li aħna mfaħħrin għalihom, għax, minkejja l-intenzjonijiet tajba kollha tagħna, jiżgiċċawlna minn taħt idejna daqs tazz’ilma; idejquna u kultant jikkawżawlna weġgħat, allura nitilquhom minn idejna u nintelqu fil-kurrent tal-moda tal-ħsieb u tal-imġieba għax kulħadd hekk jagħmel, jew, għax qed ngħixu llum, m’għadniex boloh. Donnu l-fedeltà u l-għaqal qatt xi darba jistgħu ikunu sinjal ta’ bluha!

Iżda li tishar ma tfissirx li tieqaf għax omm il-ġifa qatt ma tagħli. Tfisser ukoll li tqiegħed riġlejk fis-sod biex kull pas sikun meqjus, biex kul pass iqarrbek lejn fejn trid tmur qalbek. Tishar ifisser li l-enerġija tiegħek ma ġġibhiex minn dak li taħseb dwarek innifsek imma minn dak li Alla jaħseb fik. Ejjew u ishru miegħi. Kunu miegħi il-ħin kollu. Lil Santa Rita u lil San Ġuda jkollna bżonnhom minħabba l-frejjeġ li nagħmlu meta nissugraw bil-kbir u nibnu kollox fuqna nfusna, meta nħasbu li lilna ma jirbħila ħadd anqas aħna nfusna, meta naħsbu li nistgħu nikkontrollaw kollox u nwarrbu lil dak li qed joffrilna li naħdmu id f’id miegħu għal ġid.

Blaise Pascal, kien jgħid li l-bniedem bilwieqfa jirraġuna mod u għarrkopptejh jirraġuna mod ieħor. La jirraġuna differenti f’dawn iż-żewġ pożizzjonijiet, jgħid differenti f’dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet ukoll. Inutli nużaw il-mezzi kollha li joffri l-bniedem fl-għerf kollu tiegħu jekk aħna ma nużawx il-grazzja li jagħtina Alla. It-talb hu nofs is-sahra tagħna li jagħmel in-nofs l-ieħor possibli.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.