Il-laqgħa dinjija tal-familji li jmiss se ssir f’Ruma fl-2021

Print Friendly, PDF & Email

Il-Laqgħa Dinjija tal-Familji li jmiss se ssir Ruma fl-2021. Dan ħabbru l-Prefett tad-Dikasteru għal-Lajċi, il-Familja u l-Ħajja, il-Kardinal Kevin Farrell fi tmiem il-quddiesa li l-Papa ċċelebra f’Phoenix Park ta’ Dublin.

Il-laqgħa dinjija tal-familji li jmiss se ssir f’Ruma fl-2021

family.jpeg

Fil-messaġġ tiegħu l-Kardinal Farrell qal li eluf ta’ familji marru l-Irlanda biex jaqsmu l-ferħ tal-Vanġelu. Huma marru fi spirtu ta’ komunjoni ekkleżjali u ħbiberija. Il-Kardinal tkellem dwar kif l-esperjenza tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji se tkun għajn ta’ ispirazzjoni għall-familji u uliedhom li se jkunu dejjem aktar konxji mill-vokazzjoni taż-żwieġ u l-familja fil-Knisja hekk kif imorru lura fil-komunitajiet u l-parroċċi rispettivi tagħhom.

Is-sena 2021 se timmarka wkoll il-ħames anniversarju tal-pubblikazzjoni tal-Eżortazzjoni post-sinodali dwar il-ferħ tal-imħabba, Amoris Laetitia, li tat il-bażi għar-riflessjonijiet kemm qabel kif ukoll matul il-Laqgħa Dinjija tal-Familji fl-Irlanda.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply