Il-Papa Franġisku kontra ekonomija qattiela ċċentrata fuq il-flus


Il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru 2018: Il-Papa Franġisku tkellem kontra kultura li ċ-ċentru tagħha huma l-flus u li tħeġġeġ il-faqar u tħalli barra lill-bniedem f’intervista mal-ġurnal finanzjarju Taljan Il Sole 24 (ventiquattro) ore.

CaptureIl-Papa qal li kull min hu mħolli barra, mhux biss huwa sfruttat iżda wkoll emarġinat. Huwa żied jgħid li ma nistgħux ninjoraw il-fatt li ekonomija ta’ din ix-xorta twassal għall-qerda għax tagħmel iċ-ċentru tagħha l-flus u tobdi biss lill-flus.

Il-Papa kompla jgħid li meta l-bniedem ma jibqax iċ-ċentru, meta l-flus isiru l-uniku u l-aqwa objettiv inkunu qed inwarrbu kull tip ta’ etika u jiżdied il-faqar, il-ħela u l-iskjavitù.

Meta tkellem dwar il-qgħad fl-Unjoni Ewropea, il-Papa gerger kontra ‘sistema ekonomika li ma tistax tiġġenera x-xoghol, minħabba li poġġiet idolu fin-nofs – il-flus.”

Il-Papa Arġentin kemm-il darba kkritika dik li sejjaħ kultura ta’ ħela li, f’isem il-flus, tħalli barra lill-aktar foqra, lill-aktar dgħajfa u lill-aktar imwarrba, filwaqt li teqred l-ambjent.

Hemm ħafna xogħol xi jsir biex tinbidel l-imġiba u jitnaqqsu l-għażliet li ma jirrispettaxw l-ambjent u l-pjaneta, ilmenta l-Papa.

Il-Papa temm jgħid li huwa imperattiv li wieħed iħeġġeġ l-iżvilupp sħiħ tal-bniedem, titnaqqas l-inugwaljanza u nħallu barra l-konsumiżmu.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.