Avvent ma’ Marija – It-Tieni Ġimgħa – Is-Sibt


WEGĦDIET

“Kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej”. – Mattew 1:24

48046594_1067545190091431_294755719964524544_nWaqt li Marija baqgħet tistenna, l-anġlu Gabrijel reġa’ daħal fl-istorja tal-Avvent, din id-darba biex iżur lil Ġużeppi. Imħeġġeġ mill-inizjattiva ta’ Alla, Ġużeppi qagħad għall-pjan ta’ Alla. Ġużeppi reġa’ lura mid-deċiżjoni li kien ħa qabel li jitlaq lil Marija u “għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu” (Mt 1:24). Immaġina kif ħaditha din l-aħbar Marija, għax għal darb’oħra Alla kien żamm il-wegħda tiegħu.

Alla kien wegħedha li b’mod mirakoluż hi kienet se tnissel fi ħdanha lill-Iben ta’ Alla. Alla kien żguraha li Eliżabetta kienet nisslet fi xjuħitha. Matul l-istorja tal-Avvent, naraw l-aħbar it-tajba tal-inizjattiva ta’ Alla. Hawn naraw l-aħbar it-tajba tal-qalb ta’ Alla: meta Alla jagħmel wegħda, Alla dejjem iżomm il-wegħda tiegħu.

Il-Bibbja hi mimlija bl-istorja tal-wegħdiet ta’ Alla – lil Abraham, Sara, u Iżakk; lil Mosè; lil David; lil Elija; lil Iżrael, li wiegħdu li jreġġgħu lura mill-eżilju; u lil oħrajn. Matul l-istorja tas-salvazzjoni, Alla jagħmel il-wegħdiet tal-fedeltà tiegħu. Kull darba, f’kull sitwazzjoni, Alla jwettaq il-wegħda tiegħu.

Waqt li int forsi għadek tistenna – u waqt li forsi xorta għadek tħoss il-vulnerabbiltà tal-istennija – importanti tiftakar mhux biss x’wiegħed Alla, imma li huwa hu li għamillek il-wegħda. Lil Alla tista’ tafdah. Il-fedeltà tiegħu, speċjalment kif tidher fl-istorja tal-Avvent, tfakkarna li hu dejjem iżomm il-wegħdiet tiegħu.

Sib ftit tal-ħin illum biex tiftakar. Ħares lura lejn ħajtek. Waqt li l-wegħdiet setgħu twettqu b’mod differenti minn kif xtaqt int, ħares lura u ara kif Alla żamm mal-wegħdiet li għamel fil-ħajja tiegħek. X’għamel Alla għalik? Kif wettaq il-wegħdiet tiegħu?

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bis-Salm 136. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra bil-mod is-Salm 136. Ħaddem is-sensi spiritwali tiegħek u itlob bl-immaġinazzjoni tiegħek flimkien ma’ Marija hija u tistenna f’Mattew 1:24. Imbagħad, għid din it-talba:

“Missier, illum nitolbok il-grazzja li niftakar dak kollu li int għamilt għalija. Saħħaħ il-fiduċja tiegħi f’dak li se tagħmel minħabba fit-tifkira tiegħi ta’ dak li int diġà għamilt”.

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.