L-Arċisqof Charles J. Scicluna fuq il-Vapur Seawatch


Is-Sibt 5 ta’ Jannarf 2019: L-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna illum żar il-vapur Lifeline fil-Port il-Kbir, fejn jinsab ankrat u li fuqu hemm għadd ta’ persuni fosthom ukoll xi tfal żgħar. Monsinjur Scicluna qal li l-Ewropa għandha tieħu passi immedjati sabiex issalva lil ħutna li ilhom ħafna jiem fuq maqbuda fuq il-baħar.

20190105_102853.jpgL-Arċisqof tkellem ma’ xi membri tal-ekwipaġġ u fakkar fl-appelli li huwa flimkien mal-Isqfijiet Maltin Mario Grech u Joseph Galea-Curmi għamlu biex l-Ewropa tkun solidali tassew ma’ dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Il-fenomenu tal-immigrazzjoni jeħtieġ soluzzjonijiet fuq livell Ewropew, imma hija inġustizzja kbira li dawn il-persuni spiċċaw vittmi bejn il-mexxejja Ewropej. “Il-ħajja tal-bniedem hija imprezzabbli u n-negozjati m’għandhom qatt isiru bi skapitu tal-persuni li qed ibatu”.

One thought on “L-Arċisqof Charles J. Scicluna fuq il-Vapur Seawatch

  1. Tassew li għandna nuru ħniena ma dawn l’emmigrnti. imma milli jidher is-serbut tagħhom mhu se jieqaf qatt. Qedin jaqilghu
    ħafna nkwiet bejn il-pajjiżi! mhux aħjar dawn jghamlu pressure fuq il-mexxejja taghhom, bħal m’ghamlu tal-ġaketta safra, ġo Franza. ? Ma jistghux il-mexxejja tal- Ewropa jiftħu djalogu maghhom biex
    iċ-cittadini jghixu ħajja suriet in-nies? tks

Comments are closed.