Vjaġġ Appostoliku qasir tal-Papa fl-Emirati Għarab


logo-emirati-arabi-uniti2019.pngIl-Ħadd 3 ta’ Frar 2019:  Wara t-talba tal-Angelus, il-Papa Franġisku ħabbar li llum stess kellu jitlaq fuq Vjaġġ Appostoliku qasir imma importanti ħafna lejn l-Emirati Għarab Magħquda u talb lill-folla preżenti sabiex jakkumpanjawh bit-talb tagħhom.  Il-Papa jasal fl-ajruport Presidenzjali llum stess. Iż-żjara tal-Papa f’dan il-pajjiż tkompli fil-jumejn li ġejjin u tilħaq il-qofol tagħha it-Tlieta fl-10.30am b’quddiesa fl-Isports City ta’ Zayed.  Il-Papa jirritorna lura lejn il-Vatikan it-Tlieta stess.