Professjoni Perpetwa fl-Ordni Kapuċċin

Print Friendly, PDF & Email

Nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju 2019, Br Mark Scicluna, Kapuċċin, wiegħed lill-Mulej li se jgħix għal ħajjtu kollha fil-faqar, fl-ubbidjenza u fil-kastita permezz tal-Professjoni Perpetwa tiegħu fi ħdan l-Ordni Kapuċċin.

61913726_1312157348932434_6545205970677530624_o.jpgBr Mark, mill-parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Balzan għandu 36 sena. Huwa segwa l-formazzjoni tiegħu fil-kunvent ta’ Santa Liberata, fil-Kalkara u anke għamel in-novizzjat tiegħu fil-kunvent ta’ Lovere, l-Italja. Matul dan iż-żmien ta’ formazzjoni, huwa għamel diversi esperjenzi ta’ ħidmiet li jwettqu l-Aħwa Kapuċċini fl-isptarijiet, fil-ħabs, fil-parroċċi, fil-Fondazzjoni ‘Suret il-Bniedem’, maż-żgħażagħ ta’ gruppi Kapuċċini u filwaqt li segwa kors fil-Filosofija fl-Universita ta’ Malta.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-Professjoni Perpetwa saret fil-knisja ta’ Sant Antnin f’Għajn Dwieli, fis-sena li qed niċċelebraw il-50 anniversarju tal-konsagrazzjoni ta’ din il-knisja.  Il-Quddiesa kkonċelebrata tmexxiet mill-Ministru Provinċjal Fr Effie Mallia u miegħu ngħaqdu numru ta’ Aħwa Kapuċċini u saċerdoti oħra.  Nawguraw minn qalbna lil Br Mark Scicluna filwaqt li nkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet fi ħdan il-Knisja u fi ħdan l-Ordni Kapuċċin.

Leave a Reply

%d bloggers like this: