Hija ġerħa fil-qalb ta’ Ġenova, traġedja għal min tilef qrabtu jew daru u għal min kellu jitlaq minn daru. F’ittra lill-gażżetta ‘Il Secolo Diciannovesimo’, il-Papa Franġisku fakkar il-ġrajja drammatika li għaddew minnha bosta familji meta ġġarraf il-pont Morandi sena ilu.
Irrid ngħidilkom, kiteb Franġisku, li ma nsejtkomx, tlabt għalikom u għall-vittmi, għal-familji, għall-feruti u għal min kellu jabbanduna daru, kif ukoll għan-nies kollha ta’ Genova, minħabba t-telf li mhux faċli jintesa peress li kienet diżgrazzja li setgħet ġiet evitata.
M’għandix tweġiba għal traġedji bħal dawn, kompla jikteb, imma fuq kollox irridu nibqgħu nitolbu bla ma nħassru l-memorja ta’ dak li ġara
Il-Qdusija Tiegħu ħeġġeġ lill-popolazzjoni ta’ Genova biex titfa’ ħarsitha fuq Ġesù li qabilna għadda mit-tbatija u l-mewt. Aħna lkoll bnedmin dgħajfa imma għandna Missier ta’ ħniena bla tarf biex induru lejH, għandna lil Ibnu Mislub u maqjjem mill-imwiet li jimxi magħna u l-Ispirtu li jgħinna u jakkumpanjana.
Il-Papa temm l-ittra billi ħeġġeġ lin-nies biex qatt ma jitilfu t-tama għax il-komunità nisranija hi qribhom, il-Knisja ta’ Genova hi qribhom biex taqsam magħhom it-tbatijiet u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.
Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija