Miljuni fir-riskju li jmutu bil-ġuħ fiż-Żimbabwe


Il-Ġnus Magħquda qalet li ż-Żimbabwe qed jaffaċċja kriżi kbira fejn aktar minn ħames miljun ruħ jinsabu neqsin mill-ikel.  F’dal-pajjiż Afrikan hemm nixfa kbira li qed thedded li miljuni se jmutu bil-ġuħ. Il-President iddikajara din-nixfa bħala diżastru nazjzonali.

zimbabwe.jpg
FŻimbabwe hemm nixfa kbira li qed thedded li miljuni se jmutu bil-ġuħ

Is-sitwazzjoni kompliet teħżien minħabba ċiklun u kriżi ekonomika li minħabba fiha l-prezzijiet tar-ross u z-zokkor irduppjaw fi żmien xaharejn.

Il-Ġnus Magħquda u l-gvern għamlu appell biex jinġabru 331 miljun dollaru Amerikan biex jgħinu lin-nies fil-bżonn.  Minn din iċ-ċifra l-Propgramm tal-Ikel tal-Ġ.M. se joħroġ 173 miljun biex jinxtara ikel, jipprovdi l-ilma, għas-saħħa u assistenza finanzjarja.

In-nixfa ħalliet ħerba fl-uċuħ tar-raba tant li se teffettwa lill-popolazzjoni kollha.  Il-Programm tal-Ġ.M. qed jipprova jgħin aktar minn nofs miljun ruħ bit-tama li sa Ottubru jilħaq 1.7 miljunu u f’Jannar 2 miljuni.

L-isfortuna hi li fiż-Żimbabwe bħalissa hemm inkwiet politiku kbir

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija