Jiftaħ il-Kapitlu Ġenerali Ordinarju tal-Ordni ta’ Santu Wistin f’Ruma


L-Arċisqof Charles Scicluna jindirizza lill-Kapitulari

Il-Ħadd l-1 ta’ Settembru ngħata bidu għall-Kapitlu Ġenerali Ordinarju 2019 tal-Ordni Agostinjana permezz ta’ quddiesa fil-Bażilika ta’ Santu Wistin Ruma. Dan ser ikun il-186 Kapitlu Ġenerali u ser jinżamm fil-kurja Ġenerali tal-Ordni biswit il-pjazza ta’ San Pietru.

Kapitlu_Generali_Ordinarju_2019.156751159825

Fl-ewwel jum tal-Kapitlu l-Arċisqof Charles Scicluna li anima waħda mill-ewwel sessjonijiet fejn kellem lill-Kapitulari dwar il-protokoll li jipproteġi n-nies vulnerabbli f’kull ċirkoskrizzjoni tal-Ordni madwar id-dinja.

Il-Kostituzzjonijiet tal-Ordni Agostinjana jindikaw li l-“Kapitlu Ġenerali, li huwa msejjaħ biex jippromwovi l-ġid komuni tal-aħwa reliġjużi, huwa l-avveniment prinċipali fil-ħajja tal-Ordni, għax għandu joffri xhieda tal-Ispirtu Agostinjan waqt li joħroġ b’mod ċar l-għaqda tal-imħuħ u l-qlub. Għaldaqstant, konxji minn din ir-responsabbiltà, il-membri kollha tal-Kapitlu għandhom ifittxu l-ġid komuni tal-Ordni. (Kost. 408)

Fil-Kapitlu Ġenerali, li jsir kull sitt snin, qed jipparteċipaw madwar mitt reliġjuż minn aktar minn 50 pajjiż madwar id-dinja. Malta qed tkun rappreżentata mill-Provinċjal P. Leslie Gatt u mill-Kunsillier Provinċjali P. Franco Grech.

Barra mill-elezzjoni tal-Pirjol Ġenerali u l-uffiċjali l-oħra tal-Ordni, il-Kapitlu ser ikun qed jiddiskuti:

Il-Vokazzjonijiet
Il-Pjan tal-Formazzjoni tal-kandidati ġodda fl-Ordni
L-Ekonomija u l-ġid komuni
L-Istrutturi tal-Ordni.
Il-Papa Franġisku ser jiltaqa’ mal-membri tal-Kapitlu nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru. Il-Kapitlu Ġenerali jiġi fi tmiemu l-Erbgħa 18 ta’ Settembru.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.