L-Arċidjoċesi tal-Knejjes Russi fil-Punent tal-Ewropa tista’ tiddeċiedi nhar is-Sibt 7 ta’ Settembru biex tħalli l-Patrijarkat ta’ Kostantinopli u tingħaqad ma’ dak ta’ Moska. Jekk issir din l-għażla, jagħlaq kapitlu ta’ seklu fl-istorja tad-dijaspora Russa u tal-Ortodossija fl-Ewropa. Jidher li d-djalogu li sar fis-17 ta’ Awwissu bejn Mons. Jean de Charioupolis u l-Patrijarka Bartilmew ta’ Kostantinopli spiċċa bla ħadd minnhom ma bidel il-pożizzjoni tiegħu.
Rapport minn Joe Galea