Il-Papa lill-ġurnalisti: “Kliemkom jirrakkonta d-dinja u jiffurmaha.”

Print Friendly, PDF & Email

Ilbieraħ it-Tnejn, il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ 170 ġurnalist tal-Unjoni Kattolika tal-Istampa Taljana.  Franġisku stedinhom biex jibdlu ta’ taħt fuq l-ordni tax-xandir tal-bulettin biex l-ewwel jagħtu vuċi li min m’għandux u biex jagħrfu jagħżlu bejn dak li hu uman u li hu diżuman, jaħdmu għall-għaqda soċjali u fuq kollox, biex jgħidu l-verità jiswa x’jiswa, mingħajr dipendenza fuq il-poteri.

papa.jpgĠurnaliżmu li jaqbel mal-maġisteru tal-Knisja għandu jkollu ħrara kbira biex jirrakkonta l-istorja tal-bniedem u jikxef dak li hu falz u distruttiv.  Il-ġurnalist għandu jirrakkonta l-aħbarijiet tajbin, dawk li jsaħħu l-ħbiberija, li jibnu l-komunitajiet u li jagħfu jaqraw is-sinjali taż-żminijiet.

Għandkom responsabbiltà kbira, qalilhom il-Papa: kliemkom jirrakkonta d-dinja u jiffurmaha, dak li tirrakkuntaw jista’ joħloq spjazi ta’ libertà jew ta’ jasar, ta’ responsabbiltà jew ta’ dipendenza fuq il-poter.  Kemm drabi l-ġurnalista jkun irid jgħid il-verità imma jkollu jħabbat wiċċu ma’ direzzjoni editorjali li tibdillu triqtu għax tkun taħt il-jasar tal-poter finanazjarju, temm jgħid il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

%d bloggers like this: