Mid-19 sal-21 ta’ Settembru saret konferenza fl-Università’ Kattolika ta’ Chicago, fl-Istati Uniti, biex tippromwovi l-kitba ta’stejjer fiction, poeżija u drama li huma ta’ ispirazzjoni Kattolika.
It-tema tal-konferenza kienet “Il-Futur tat-Tradizzjoni Letterarja Kattolika”. Ħadu sehem 500 kittieba, poeti, edukaturi, studenti u ġurnalisti, li eżaminaw xi jfisser il-“leħen Kattoliku” fil-fiction u fl-arti tal-lum. Intqal li llum il-Kattoliċi tilfu l-kapaċià li jġibu għall-attenzjoni ta’ udjenza aktar wiesgħa l-aqwa kittieba tagħhom.
Rapport minn Joe Galea