Illum il-Knisja tfakkar l-Anġli Kustodji Mqaddsa


Fit-2 ta’ Ottubru l-Knisja tfakkar l-Anġli Kustodji Mqaddsa. 

Il-Knisja tgħallimna li l-anġli kienu l-ewwel ħolqien ta’ Alla, kreaturi spiritwali, bi spirtu safi, bla ġisem, u ferm aktar superjuri mill-bnedmin fid-doni naturali.

Kemm l-Antik u kemm il-Ġdid Testment jagħtuna ħjiel li lil kull bniedem li jidħol f’din id-dinja, Alla jassenjalu anġlu kustodju biex jieħu ħsiebu.

“Hu jibgħatlek l-anġli tiegħu, u jħarsuk fi triqatek kollha” (Salm. 91:11).

Ġesù sejjaħ ħdejh tifel ċkejken u wissiena biex ma nagħtux eżempju ħażin liż-żgħar, għax l-anġli tagħhom jitolbu ħaqq minn Alla kontra min jiskandalizzahom (Mattew 18:10).

Imissna kuljum preċett nirringrazzjaw lill-Anġlu Kustodju tagħna, u nitolbuh ikompli jgħinna. M’għandniex nonqsu li nagħmlu hekk b’mod speċjali llum.

L-arti nisranija, pittura u skultura, tagħti lill-anġli:

  • sura ta’ bniedem, biex turina li huma jieħdu ħsieb il-magħżulin (Lhud 1: 4);
  • ġwienaħ, biex bihom iħarsuna mill-perikli (Salm 90: 11);
  • inċensier, skont il-kliem tal-Apokalissi (8: 3-4);
  • iż-żgħożija, biex tfissrilna ż-żgħożija eterna tal-ġenna; u
  • libsa bajda, simbolu tas-safa.

L-ewwel approvazzjoni tal-festa tal-anġli kustodji, għal Spanja biss, saret mill-Papa Pawlu V, mitlub minn Ferdinandu tal-Awstrija, għamel festa obbligatorja għall-imperu kollu u libera għal barra mill-imperu (1608).

Fl-aħħar, il-Papa Klement X estenda l-festa bħala obbligu għad-dinja kollha u iffissaha għall-ewwel jum liberu wara l-festa ta’ San Mikiel, li jaħbat illum. Ljun XIII għolla l-festa billi għamilha “doppju maġġuri.”

It-talba magħrufa tal-“Angele Dei qui custos es mei,”  x’aktarx ġejja minn Reginald ta’ Canterbury, li għex fis-seklu tnax.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.