Raġġ ta’ tama f’nofs diżastru ta’ drittijiet umani

Rapport tal-ACN: Il-Kristjani huma l-aktar grupp ippersegwitat fid-dinja

Hekk kif ħafna nies kienu qed jixtru waqt Black Friday, oħrajn iċċelebraw Red Friday biex jesprimu l-appoġġ u s-solidarjetà tagħhom mal-Kristjani li huma ppersegwitati, fejn xi drabi saħansitra jkollhom ixerrdu demmhom minħabba l-fidi tagħhom. Għat-tnedija ta’ Persecuted and Forgotten? A Report on Christians oppressed for their faith 2017-19, li saret fil-Corinthia Hotel, Ħ’Attard attendew kemm benefatturi u ħbieb tal-ACN (Malta). Il-kelliem ewlieni kien John Pontifex, Kap tal-Istampa u l-Informazzjoni tal-ACN (Renju Unit) kif ukoll Editor-in-Chief tal-istess rapport. Continue reading Raġġ ta’ tama f’nofs diżastru ta’ drittijiet umani

Impenn għall-Għaqda, il-Verità u l-Ġustizzja

Appell mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex … Bħala ragħajja spiritwali tal-Kattoliċi Maltin u Għawdin, aħna l-Isqfijiet nixtiequ nagħmlu appell biex f’dawn il-ġranet ta’ tensjoni nfittxu li naħdmu flimkien, b’mod kalm u konvint, għall-verità u l-ġustizzja fl-imħabba u b’rispett lejn xulxin. Continue reading Impenn għall-Għaqda, il-Verità u l-Ġustizzja