(Mit-3 ta’ April sat-11 ta’ April 2026)
Nhar il-Ġimgħa l-Kbira li ġejja, 3 t’April 2026 tibda n-Novena tal-Ħniena Divina. Iddum disat ijiem u tispiċċa nhar is-Sibt 11 t’April 2026, lejlet il-Festa tal-Ħniena Divina.
Santa Fawstina Kowalska kitbet fid-djarju tagħha:
“Il-Mulej qalli biex nitlob din in-novena fid-disat ijiem ta’ qabel il-Festa tal-Ħniena Divina. Għandha tibda f’ Jum il-Ġimgħa l-Kbira. Permezz ta’ din in-novena Jiena nagħti kull grazzja possibbli lill-erwieħ.”
Qalilha wkoll: “Jien nixtieq li l-Festa tal-Ħniena Divina tkun rifuġju u kenn għall-bnedmin kollha u l-aktar għall-imsejkna midimbin. F’dak il-jum l-abbissi profondi tal-Ħniena Tiegħi jinfetħu. Dik ir-ruħ li tmur tqerr (tista’ tqerr sa sebat ijiem qabel jew wara l-Festa tal-Ħniena Divina) u titqarben f’dik il-ġurnata taqla’ maħfra sħiħa ta’ dnubietha u tal-kastig. F’dak il-jum il
Bibien Divina minn fejn joħorġu l-grazzji jkunu miftuħa.”
Kif għandna nitolbu din il-Kurunella tal-Ħniena Divina:
▪ Inroddu is-Sinjal tas-Salib
▪ Nitolbu: Missierna, Ħobżna, Sliema, Qaddisa u Kredu tal-Appostli.
▪ Imbagħad fuq iż-żibeġ tal-Missierna tal-kuruna tar-Rużarju titlob:
“Missier Etern, jiena noffrilek il-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinita’ ta’ Ibnek l-Għażiż Sidna Ġesu Kristu bi tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.”
▪ Imbagħad fuq iż-żibeġ tal-Ave Maria tal-kuruna tar-Rużarju titlob:
“F’ġieħ il-Passjoni ħarxa tiegħu, ħenn għalina u għad-dinja kollha” x 10
▪ Wara l-ħames posta titlob għal tlett darbiet:
“Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali,
ħenn għalina u għad-dinja kollha.”
ĠESU’ JIENA NAFDA FIK
