Presepju ħaj imfixkel minn manifestanti f’Toulouse


Nhar is-Sibt 14 ta’ Diċembru, f’Toulouse, Franza, madwar 50 manifestanti li sejħu lilhom infushom ‘antikapitalisti’ ħarbtu r-rappreżentazzjoni ta’ presepju ħaj u wasslu biex il-presepju ma jkomplix.

Toulouse.jpgL-Arċisqof ta’ Toulouse Mons Robert Le Gall esprima l-kundanna tiegħu għal dan l-aġir. Grupp gta’ żgħażagħ ilhom mill- 2011 jorganizzaw presepju ħaj fit-toroq ta’ Toulouse, li hu miftuħ għal kulħadd, dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux, biex iwassal messaġġ ta’ paċi, unità u parteċipazzjoni. Isiru avviżi għalih fuq l-internet.Ledizzjoni ta’din is-sena bdiet fil-kalma fit-3 ta’ waranofsinhar u siegħa wara ġiet imħarbta minn 50 persuna li bdew jgħajtu: “Waqqfu l-ħmerijiet” u jinsultaw lill-pulizija u lill-dawk li jemmnu f’Ġesù.

https://www.en24.news/2019/12/toulouse-protesters-interrupt-the-spectacle-of-the-living-creche.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.