L-Aqwa Rigal

Print Friendly, PDF & Email

Il-Milied!… Żmien ir-rigali!… Iċ-ċkejken kien ilu jixtieq li jkollu scooter u f’dan il-Milied, ommu riedet li taqtagħlu xewqtu. Xtratlu scooter b’ilwien jgħajtu u b’roti suwed ta’ lastiku jleqq. Imma dak inhar, ħadet il-ħasda ta’ ħajjitha. Fit-triq mimlija traffiku, qalb folla ta’ nies li mlew il-bankini għax-xirja tal-Milied, kien għaddej binha,… riekeb l-iscooter li kienet għadha kif xtratlu. Ma kien hemm xejn mhux tas-soltu, ħlief il-post li fettillu jsib it-tifel biex iżanżan l-iscooter tiegħu u l-passiġġier li kellu miegħu, b’idejh merfuha u jħares ‘il fuq! …

Bejn l-omm u t-tifel :
“Ibni,… x’għamilt?… Dak il-Bambin!…
Tal-Knisja!
Jigifieri,…
Ġibtu,… mill-Knisja!
U l-Kappillan!… Min jaf xi jfittxu!
Hekk naħseb!
Imma x’fettillek?. Ara kemrn ġbart nies!.. U gagħltni nistħi..… Għaliex ħadtu dak il-Bambin?
Ma’,… ħa ngħidlek!… Jiena kont ilni nitolbu lil Gesu’ biex inti tixtrili scooter, u ftehimt mieghu li jekk għall-Milied jagħtuni scooter, l-ewwel rikba,… naghtiħa lilu!”

Il-Bambin kien ħaqqu jieħu rikba, u dan it-tifel kellu qalb li taf trodd l-imħabba. Forsi dan ma kienx il-mod li għandu jirringrazzjah, imma għamel xi ħaġa li ftit illum jagħmluha,… li japprezza l-ġid li rċieva!

X’inhu l-Milied għalik?
”Festa li fiha nieħu gost nara t-tfal jifirħu bir-rigali. Il-Milied hu festa tat-tfal, u biex nifraħ, niftakar fit-tfulija tiegħi. Nieqaf quddiem il-ħwienet tat-toys,… u noħlom!…”

”Il-Milied hu okkażjoni biex nagħtu lit-tfal dak li , huma jħobbu. Għax it-tfal għandhom bżonn jilgħabu. U jekk ma jilagħbux issa, li għadhom żgħar?…”

Bejn omm u binha:
”Naraw x’ se jtuna dis-sena!”
Dak il-jeans jogħġobni!
Imma diġa’ għandi wieħed qisu bħalu! Aħjar jagħtuni xi ħaga oħra!
Imxi fil-ħanut l-ieħor ħalli naraw x’għandu!
Iva, forsi nagħżlu xi ħaġa li tgħodd għalina.
Imbagħad ngħidu l-papa’ biex jixtrihielna.
U jkollok tixtri, trid u ma tridx!”

Bejn koppja:
Lit-tfal tal-llum mhux lakemm tikkuntentahom!….. Tant għandhom biex jilgħabu….x’jilbsu….ma tistax tferraħhom għal żmien twil!
Minn kollox jixbgħu!
It-tfal ma japprezzawx għax isibu kollox lest u ma jifhmux is-sagrifiċċji li rridu nagħmlu biex ikollhom rigali sbieħ.
U dan minbarra li rridu nixtru lil ħaddieħor,…. biex ngħid hekk,…. bil-fors!
Kif,… bilfors?…
Irrid ngħid,… b’obbligazzjoni.
Għandek raġun, għax illum il-Milied sar ifisser…. int tagħtini rigal, u jien nagħtik rigal.
Kull qalb trid oħra!
U kull rigal inaqqas il-but tiegħi!
Tassew!… Ifisser sagrifiċċju għalina!
Iva, minbarra l-ispejjeż li hemm marbuta mar-rigali, jeħtieġ li nqisu t-tjieba u l- imħabba fil-qalb ta’ min ikun ta r-rigal.”

Bejn missier u t-tifel:
“Mark,… rigal hu rigal,…
Għax ikunu tawhulna b’xejn!
Mela r-rigal li tak iz-ziju kien bil-buona grazzja tiegħu!… Taf x’jiġifieri?
Jiġifieri tahuli għax ried, mingħajr ma tlabtulu!
Dan qed ngħidulek għax ftit ilhu m’għoġobtni xejn!
Kieku l-kaxxa kbira u sabiħa, imma r-rigal ma jgħid xejn! Seta tani xi ħaġa aħjar!
Mhux hekk,… inti għandek tħares lejn ir-rigal bħala sinjal ta’ mħabba u ħbiberija. Il-ħbiberija m’hix rigal biżżejjed?

Nistgħu nintilfu wara r-rigali, u ninsew il-veru tifsira tal-Milied… Jekk f’Diċembru, fil-għaxija, tgħaddi mit-toroq ta’ xi belt, taħseb li miexi fl-art tal-ħolm. Id-dwal jixegħlu u jitfu, ibiddlu l-kuluri, ifasslu kwiekeb bil-bozoz, u jagħmiu disinji oħra tal-Milied. Hemrn is-siġar tal-Milied, bil-friegħi imtaqqlin bi stilel, blalen u tlellix tal-borra. Atmosfera ta’ negozju ferrieħ. Il-vetrini sbieħ jistiednu n-nies biex jidħlu u jixtru mill-ħwienet imżejna. In-nies, imgħobbija b’pakketti, b’rigali mgezwra fil-karti tal-Milied, jifirħu waqt Ii jonfqu.

Imma x’taghmel? Dan hu żmien ta’ rigali, żmien tal-kejkijiet fil-kaxxi, fliexken tax-xorb, ġugarelli għat-tfal, u rigali bejn il-kbar. Fid-dar hemm lista miktuba ta’ dak li hemm bżonn jixtru għall-ħbieb għal dawk li jiġu minnhorn. Qed jiktbu l-kartolini bl-awguri. Qed jaħsbu għall-ikliet speċjali tal-Milied u l-ewwel tas-sena. Għal ħafna, il-Mil¬led hu biss rigali, kartolini, fliexken tax-xampanja, u kejkijiet ta’ kull kwalita’.

Għan-nisrani, il-Milied hu t-tifkira ta’ meta Alla ta lid-dinja l-aqwa rigal tiegħu. Alla hekk ħabb lid-dinja, li taha l’ibnu l-waħdieni! Kollox beda fir-raħal ċkejken ta’ Nażaret, moħbi bejn ħmistax il-għolja minsi mid-dinja ta’ dak iż-żmien. Imma kien f’Nażaret li Alla ried jidher biex ibiddel id-dinja. F’Nażaret kien hemm id-dar taż-żagħżuha Marija, li offriet ħajjitha lil Alla, għaliex xtaqet li tgħaddi ħajjitha għalih. Hu ra l-fond ta’ mħabbitha, ra x-xewqat ta’ qalbha, u ried li tkun il-għoda li tixraq għalih… Marija raddet ħajr lil Alla:

Marija
“Ruħi tfahhar lill-Mulej, u jifraħ l-Ispirtu tiegħi f’Alla l-ħellies tiegħi. Hu ra ċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva minn issa kulħadd isejjaħli ħienja.”

Disgħa xhur wara, ġo raħal tal-Lhudija jismu Betlem, Marija għalqilha żmien li jkollha tarbija, u qegħditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post fil-lukanda. Alla tarbija,… jitwieled jibki.

Il-Milied hu l-festa ta’ Alla li jitwieled fqir. Jiggosta lil Ġesu’ min iħares lejn Ġesu’ fqir fil-grotta. Maġenb is-sigra tal-Milied hemm hafna li jqegħdu presepju. Hi drawwa antika, li twassal sa’ San Franġisk. F’xi familja, fil-għaxija fi żmien il-Milied, ġenituri u wlied jingobru madwor il-presepju, jixegħlu d-dawl tiegħu u jirringrazzjaw ‘ l Alla li tant ħabb lid-dinja li taha l-aqwa rigal, taha lil ibnu. Kollox jinġabar fi ftit kelmiet: “U l-Iben t’Alla sar bniedem.”

Dan hu Allu Ii riedna nkunu nafuh., li jrid il-ferħ tagħna aktar minn kull ħaġa oħra, li jhobbna bhal uliedu, biex inkunu nistghu naqsmu ħajjitna mieghu. Fil-grotta hemm Missier li ħsiebu fina l-ħin kollu.

“Tista’ omm tinsa lil binha? Jew omm tinsa’t-tarbija li dalwaqt titwieled? Imqar jekk din tinsa, jien ma ninsikom qatt!”(Iżaija 49, 15)

Alla hu mitluf warajna, u aħna m’għamilna xejn biex jixirqilna l-imħabba tieghu. Għalhekk Alla hu rigal għax aħna xejn ma nistgħu nagħmlu li jbiddel din l-imhabba li għandu lejna. Nagħmlu x’nagħmlu, Hu qatt ma jħobbna inqas. Alla ma jħobbniex għax ħalaqna Hu, imma ħalaqna għax iħobbna. Fi.kliern iehor, Alla ma jħobbniex għax aħna tajbin, imma nsiru tajbin għax Alla jħobbna.

Ladarba daħal fil-grotta, se jibqa’ hemm, f’kull Milied li jiġi. Il-ferh tal-Milied hu ċ-ċertezza li fil-grotta hemm Alla li għadu jħobbna, li għandna missier li qiegħed qrib,… li jekk irriduh qiegħed ħdejna,… jekk ma rriduhx qiegħed ħdejna wkoll,… ikellimna,… ukoll jekk ma rridux inkellmuh,… jekk ma nħobbuhx,… iħobbna xorta waħda,… jekk nitilfuh, jiġi jfittxna huwa stess!

Alla hu rigal li ma jispiċċax. F’dan is-sens li l-Milied hi l-festa tar-rigali, anzi ta’ l-aqwa rigal,… Ġesu’ Kristu, li m’għandux ikun biss ir-rigal ingeżwer fil-ħrieqi tal-maxtura, imma jkun fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna.

Kitba ta’ Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading