Betlem, id-dar tal-ħobż

Print Friendly, PDF & Email

“Qabel kollox, il-Milied fih it-togħma tat-tama għax minkejja d-dlamijiet tagħna idda d-dawl ta’ Alla. Id-dawl grazzjuz tiegħu ma jbeżżagħniex; Alla, mitluf warajna, jiġbidna lejh bit-tenerezza tiegħu meta jitwieled fqir u dgħajjef fostna, bħal wieħed minna.

Twieled f’Betlem, li jfisser id-dar tal-ħobż. Qisu jrid jgħidilna li twieled ħobż għalina; ġie fil-ħajja biex jagħtina ħajtu; ġie fid-dinja tagħna biex iġibilna l-imħabba tiegħu. Ma ġiex biex jieħu jew biex jordna, imma biex jgħajjixna u jaqdina. Għalhekk hemm linja dritta li tagħti mill-maxtura għas-salib fejn Ġesù se jkun ħobż maqsum: hi l-linja dritta tal-imabba li tingħata u li ssalvana, li tagħti d-dawl lil ħajjitna u l-paċi fil-qalb tagħna.”

Il-Papa Franġisku

Ħajr lil Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: