Isqof f’nofs folla li pprotestaw f’Hong Kong


L-Isqof Awżiljarju ta’ Hong Kong, Mons Joseph Ha, ta’ 58 sena, kien fost il-folla li pprotestaw kontra l-liġi li kienet proposta mill-awtoritajiet Ċiniżi dwar deportazzjoni ta’ persuni.

hongkong.jpeg

L-Isqof deher imdawwar mill-pulizija waqt li nnegozja bil-kalma biex jiġu eakwati l-aħħar student mill-poliklinik tal-lokal. Ħafna kienu impressjonati bil-personalità ta’ dan l-Isqof kuraġġjuż li ma baqax lura mix-xhieda tiegħu minn meta bdew il-protesti f’Ġunju li għadda. Huwa għen lill-istudenti waqt vjolenza u arresti mill-pulizija. Ġie deskritt bħala eroj, raġel tajjeb u viċin tan-nies. Kien hemm min ried isir Kattoliku meta rah hekk impenjat f’dawn ix-xhur.

http://www.examiner.org.hk/2019/11/22/appeals-for-restraint-as-protest-violence-spreads-to-university-campuses/

Rapport g]al-Laikos minn Joe Galea

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.