Minkejja l-gwerer u l-okkupazzjoni tal-villaġġi mis-suldati mgħejuna mit-Turkija, l-aħħar Assirjani fil-Wied ta’ Khabour iċċelebraw il-Milied fejn talbu biex jibqgħu fuq l-art tagħhom.
Madwar 300 Insara mill-villaġġ ħadu sehem fl-unika Quddiesa tal-Milied li ġiet ċelebrata f’Tall Tamer, fil-Wied ta’ Khabour. Qrib il-knisja, grupp żgħażagħ irġiel u nisa armati pproteġew lill-familji li ġew biex jitolbu. Patri Boghos Ishayia beda l-omeija tiegħu fil-Knisja b’din l-istedina: “F’dan il-jum qaddis, merħba lil kulħadd f’din il-knisja. Musulani, Lhud u Nsara, aħna lkoll ulied Alla.”
Fid-daħla tal-knisja, in-nisa mgħottija bil-velu taw bewsa lis-salib u qagħdu fuq in-naħa ta’ wara. Bilwieqfa quddiem l-altar, l-rġiel kantaw innijiet liturġiċi Assirjan, bl-Aramajk, dijalett li ħareġ mill Aramajk, il-lingwa li biha kien jitkellem Kristu.
Mit-33 knisja li kien hemm fir-reġjun, 13 ġew meqruda jew maħruqa mill-Isis. Il-bqija tal-knejjes, viċin taż-żoni tal-ġlied, baqgħu magħluqin.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea