Illum il-Knisja tagħmel il-Festa ta’ San Stiefnu


Fis-26 ta’ Diċembru l-Knisja tagħmel il-Festa ta’ San Stiefnu, Djaknu u l-Ewwel Martri li għex fl-1 Seklu.

Kull ma nafu dwar San Stiefnu nafuh mis-sitta u s-seba’ kapitli tal-Atti tal-Appostli.

San Stiefnu kien Lhudi, iżda ta’ kultura Griega. Ismu bil-Grieg ifisser kuruna. Sar dixxiplu ta’ Ġesù wara l-Axxensjoni, u ntagħżel biex ikun wieħed mis-seba’ Djakni. Il-kelma djakni ġejja mill-Grieg “diakonia” li tfisser servizz.

In-numru tal-Insara kien qed joktor. Dawk li kienu ta’ kultura Griega (Hellenin) bdew igergru li n-nisa romol tagħhom ma kinux jieħdu ħsiebhom bħalma kienu jieħdu ħsieb ir-romol tal-Lhud. L-appostli ma setgħux iħallu l-Kelma ta’ Alla biex jaqdu fl-imwejjed, għalhekk talbu l-komunita’ biex jagħżlu sebat irġiel prudenti u twajbin biex jagħmlu dan ix-xogħol. L-ewwel li għażlu kien San Stiefnu, żagħżugħ mimli bl-Ispirtu u bil-għerf.

Kellu inizjattiva straordinarja, għamel bosta għeġubijiet u kien jitkellem b’għerf u b’enerġija hekk qawwija li ħadd ma kien jista’ jirreżistih.

Il-Lhud xegħlu kontrieh, u billi ma setgħux ilaħħqu mal-għerf tiegħu xlewh quddiem is-Sinedriju li kien qed jinsulta l-liġi ta’ Alla u ta’ Mose’.

Huma karkruh barra mill-belt u ħaġġruh. Hekk sar l-ewwel wieħed li ta ħajtu għall-fidi tiegħu f’Ġesù. Meta kien quddiem din il-ġemgħa ta’ nies mimlija qilla għalih biex joqtluh wera kuraġġ kbir liema bħalu meta għamel kif għamel qablu Ġesù, talab għall-għedewwa tiegħu.

Fost dawk li kienu preżenti kien hemm Sawlu, dak li mbagħad sar l-Appostlu tal-Ġnus, kien l-ewwel u l-akbar frotta tad-demm li xerred San Stiefnu fil-martirju tiegħu.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.