Ktieb ġdid minn Dun Hector Scerri


Wara l-pubblikazzjoni f’Mejju 2018 tal-Ewwel Volum ta’ Cor ad Cor Loquitur, Mons. Prof. Hector Scerri, ftit tal-ġimgħat ilu, ippubblika t-tieni volum ta’ Cor ad Cor Loquitur, Qalb tkellem lill-Qalb. Is-sottotitlu huwa Ġabra ta’ Diskorsi dwar il-Fidi u l-Ħajja Nisranija fil-Knisja u fis-Soċjeta’.

cor-ad-cor-2-1-3d.jpgDan il-volum huwa maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel parti — ktieb ta’ 742 paġna — tinkludi d-diskorsi pubbliċi li Dun Hector għamel f’Malta u barra bejn l-1998 u l-2012, filwaqt li t-tieni parti — ktieb ieħor ta’ 735 paġna — tkopri d-diskorsi bejn l-2013 u Mejju 2019.

B’kollox wieħed isib madwar 130 diskors fuq ħafna temi differenti, partikolarment dwar il-Knisja, is-sagramenti, il-Missirijiet tal-Knisja, l-ekumeniżmu, u suġġetti oħra ta’ interess. Hemm indiċi utli f’kull wieħed minn dawn il-kotba. Id-daħla nkitbet minn Mons. Arċisqof Charles Scicluna.

 

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.