Kondoljanzi tal-Papa wara t-traġedja tal-ajru fl-Iran.


Il-Papa Franġisku bagħat messaġġ ta’ kondoljanzi lil dawk kollha li tilfu lill-għeżież tagħhom wara t-traġedja tal-ajru f’Tehran fl-Iran.

p0804g2j

L-ajruplan tal-passiġġieri mil-linja tal-Ajru tal-Ukrajna waqa’ nhar l-Erbgħa filgħodu wara li kien għadu kif telaq mill-ajruport  ta’ Tehran fi triqtu lejn Kyiv. L-ajruplan kien qed iġorr mija u sitta u sebgħin passiġġier l-aktar mill-Iran u mill-Kanada.

F’messaġġ, iffirmat mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, il-Papa Franġisku talab għall-erwieħ tal-vittmi u bagħat il-kondoljanzi lill-familjari u l-ħbieb ta’ dawk li tilfu ħajjithom f’din it-traġedja. Il-Papa talab il-barka t’Alla ta’ saħħa u paċi fuq dawk kollha milquta minn din il-ġrajja.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.