Quddiesa u t-Talba tar-Rużarju mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof – 18 ta’ Marzu 2020


L-Erbgħa, 18 ta’ Marzu 2020: Quddiesa u t-Talba tar-Rużarju mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof …

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Ġesù jinsisti li ġie biex iwassal dak kollu li l-Mulej kien għallem lill-poplu tiegħu permezz tal-liġi u l-profeti għall-milja tiegħu.

Fil-kitba tal-Appostlu Missierna San Pawl insibu din l-espressjoni sabiħa: “L-imħabba hija l-milja tal-Liġi u tal-Profeti” U nistgħu ngħidu li l-Appostlu Missierna qiegħed jirrifletti fuq dak li jgħidilna Ġesù stess llum fl-Evanġelju skont San Mattew (Mt5:17-19). Hu ġie jwassal il-liġi u l-profeti għall-milja tagħhom, għall-milja tal-imħabba.

Ħafna drabi jkollna t-tentazzjoni li nużaw il-liġi u anke l-Kelma ta’ Alla donnu kienu qishom ġebel li ngaraw lil xulxin u ma nifhmux u forsi ma niftakrux li l-Mulej hu u jwassalhom għall-milja tagħhom, wassalhom fil-milja tal-imħabba.

X’jiswa’ li inti tkun tħares il-liġi li mingħalik kollox perfett fil-ħajja tiegħek imma tonqsok l-imħabba? U lill-proxxmu tiegħek mhux biss tiġġudikah imma tqisu, minħabba d-difetti tiegħu forsi, inqas minnek. Il-liġi li qiegħed tirrispetta fid-deher tkun liġi bla ruħ jekk ma tgħallmekx tħobb.

Bis-sagrifiċċju ċkejken tiegħi qed ngħin il-ġid komuni u qed ninseġ nisġa ta’ mħabba.

F’dan ir-Randan imqaddes il-Mulej qed jgħaddina minn prova kbira. Aħna qed nirċievu kontinwament, anke forsi waqt li qed nitkellem jien, indikazzjonijiet ġodda mill-awtoritajiet tal-Istat. Dawn huma kollha liġijiet ġodda. Forsi nistgħu narawhom bħala sikkatura, imma ejjew nifhmu li s-sagrifiċċju li qiegħed jintalab minna bħalissa għandu jkun espressjoni tal-imħabba għal xulxin. Li jiena nobdi dak li jgħidu l-awtoritajiet, mhux kapriċċ imma obbligu morali għaliex qiegħed jgħinni, f’ċirkustanzi tassew partikolari, inħobb lill-proxxmu tiegħi bl-iżjed mod konkret.

Ejjew nitolbu li l-Mulej idawwalna llum biex il-ħarsien tal-liġi ma jkunx xi ħaġa għax qed nibża’ mill-multa imma għaliex konvint li bis-sagrifiċċju ċkejken tiegħi qed ngħin il-ġid komuni u qed ninseġ nisġa ta’ mħabba.

✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Il-Qari tal-Quddiesa:
Qari I: Dewt 4, 1.5-9
Salm: 147, 12-13.15-16.19-20
Evanġelju: Mt 5, 17-19

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.