Ħsara lill-Kurċifiss Mirakuluż


It-taqtir tax-xita li ċarċar tul sagħtejn mal-korp ta’ Kristu fis-sagrato tal-Bażilka tal-Vatikan m’għamilx ġid lill-Kurċifiss Mirakuluż li kien misluf lill-Papa Franġisku għall-meditazzjoni ta’ nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu.

kurcifiss mirakuluz 3

Il-Kurċifiss ma ġralu xejn fl-1522 meta nħarqet il-knisja fejn kien miżmum. Fl-1922 kien inħareġ f’pellegrinaġġ għal 16-il jum fi żmien ta’ pesta qerrieda. Il-Kurċifiss hu tal-injam u għall-ewwel ħasbu li ġratlu ħsara kbira. Imma fil-fatt mhix daqshekk serja u se tissewwa fi żmien qasir. Liz Dev, storika li toqgħod  Ruma, qalet li “dak li sar lill-veru ġisem ta’ Kristu kien ħafna agħar” u “din il-ħsara mhi xejn ħdejn is-simbolu ta’ tama li juri l-Kurċifiss”.

https://cruxnow.com/vatican/2020/04/damage-to-miraculous-crucifix-not-as-serious-as-reported-rector-says/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.