Meta tkellem dwar ir-rakkont ta’ Lazzru, nhar id-29 ta’ Marzu, il-Kardinal Filippin Luis Antonio Tagle, Prefett ta’ Caritas Internationalis, staqsa jekk hux ta’ min li l-kriżi tal-coronavirus twassal biex isir Ġublew.

Ħafna sfaw bla xogħol u n-nies qishom qed jgħixu fl-oqbra, bi bżonn tad-dawl, arja friska u ħajja ġdida. Waqt li m’hawnx biżżejjed maskri protettivi, bullets hawn kemm trid; hawn nuqqas ta’ proviżjonijiet u ventilators meta pajjiżi jonfqu l-miljuni fuq ajruplan wieħed. Bil-Ġublew il-foqra jistgħu jibqgħu ħajjin u jħarsu lejn il-futur. Il-Kardinal staqsa b’mod speċifiku dwar il-maħfra tad-djun individwali u nazzjonali.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea