Messaġġ tal-Għid il-Kbir lid-devoti ta’ San Piju ta’ Pietrelcina


Għeżież ħuti fil-Ġruppi ta’ Talb ta’ Padre Pio, insellmilkom mill-post l-aktar sagru u sinifikattiv, il-kripta li fiha jinsabu l-fdalijiet tal-Qaddis protettur tagħna. Minhawn irrid ngħidilkom L-Għid it-Tajjeb.

Sejrin ngħaddu Għid partikulari din is-sena, u x’aktarx lanqas għandna ngħoddu , bħala ġurnata ritwali, il-Ħadd 12 ta’ April: l-Għid li qedin nistennew ser ikun ftit iktar ‘il quddiem, ma nafx sewwa meta, imma ser ikun imxebbaħ mit-telfa ta’ din il-pandemija mondjali, dan il-virus li xeħet fi prova iebsa lil kull familja, kull belt, nazzjon, u d-dinja kollha.

Padre Pio fix-xhieda ta’ ħajtu għallimna li l-ġisem ta’ Kristu hija l-umanita kollha u l-umanita feruta: fil-morda, f’min imut, f’min ibati, f’min jitqabad, f’min hu anzjuż, f’min hu msejjaħ biex iżomm il-ħajja soċjali fir-realta, f’min qiegħed jiddispra minhabba li tilef ix-xogħol, minħabba fil-kriżi, nikkontemplaw l-umanita tal-Mulej stess, ferut, immarkat bil-pjagi, immarkat bit-toqol tad-dulur, tat-telfa, tat-tbatija u ta’ l-istess mewt.

Pero nafu li din mhix l-umanita finali; l-umanita finali hija dik irxuxtata, hija l-ġisem tal-Iben tiegħu, Kurċifiss iva, imma Rxuxtat, li għalkemm iżomm il-marki tal-mewt tas-salib u tal-pjagi. L-Għid huwa dan. San Piju ta’ Pietrelcina għexu fil-ħajja tiegħu fuq l-art, urieha u huwa għal dan li aħna, bħala devoti tiegħu, bħala dawk li għandhom sehem mill-missjoni li twieled fil-qalb tiegħu, li nkunu Gruppi ta’ Talb, irridu f’dan il-mument inkunu partikularment attivi u nidħlu biex ninterċedu għal din l-umanita u nitolbu t-tmiem ta’ dan il-flaġel.

Dan huwa possibbli grazzi għat-talb li san Piju kien iqis bħala l-arma l-iktar importanti li tasal sal-qalb tal-Alla u l-qalb tal-Alla, imbagħad, il-qalb u l-qawwa ta’ kull persuna. U dan tista’ tagħmlu.

Ħa jkun it-talb tagħna f’dawn il-jiem, iktar qawwi, b’iktar konvinzjoni, mimli tama, miftuħ għad-dawl tal-Għid u għall-għemejjel ta’ karità, ta’ xhieda u mħabba.

Meta wellidna Gruppi ta’ Talb, Padre Pio qarribna, u dan qalu huwa stess, lejn Casa Sollievo della Sofferenza, Cittadella tal-Karita. Minbarra Casa Sollievo, li hija l-opra għal qalb tiegħu, ħafna aktar Case fid-dinja qedin jiġġieldu kontra dan il-ħażen. Bit-talb tagħna u bil-karita, l-għajnuna tagħna trid iżżommhom kollha u trid titlob u toffri għalihom kollha.

Aħna msejħin biex inkunu mxietel ta’ Fidi u ħeġġeġ ta’ karità f’dan il-mument partikulari li fiħ il-fidi tagħna trid tkun mixtla fil-familji tagħna, fid-djar tagħna u il-karita tagħna trid tqabbad tassew b’tenerezza u b’ġesti ta’ veru din l-umanita li tbati.

Nawguralkom Għid Tajjeb hekk, mingħajr data żgura, imma biċ-ċertezza tat-tama fir-rebħa, iċ-ċertezza li tiġi mill-fidi tagħna fi Kristu Kurċifiss u Rxuxtat u mis-sehem tagħna għall-missjoni, għall-vokazzjoni, għall-kariżma li ħallilna San Piju ta’ Pietrelcina.

Billi naf li mhux possibbli li tiltaqgħu bħala Grupp għaliex kulħadd għandu jibqa’ f’daru, nitolbkom biex ningħaqdu fit-talb almenu l-Ħadd, permezz tal-Quddiesa fis-6pm., li ser tiġi mxandra fuq Padre Pio TV. Fi tmiem ngħidu s-supplika lill-Qaddis ta’ Pietrelcina biex ikun interċessur u medjatur ta’ din ir-rebħa, li tagħna aħna ċerti, anki jekk għadna ma nafux il-mument.

Aħna nagħmlu l-parti tagħna, u l-parti tagħna jisimha TALB u KARITA. Nistennikom kull nhar ta’ Ħadd fis-6pm., f’dan il-post, ukoll jekk kull wieħed u waħda minnkom mid-dar. Niskopru dejjem iżjed il-qawwa tat-Talb u l-valur immens u rebbieħ tal-Karita.

L-Għid it-Tajjeb u San Piju jidħol għalina.

Padre Franco Moscone

Arċisqof ta’ Manfredonia – Vieste – San Giovanni Rotondo

President ta’ Casa Sollievo della Sofferenza

Direttur Ġenerali tal-Gruppi ta’ Talb ta’ Padre Pio