Mhux kulħadd l-istess fil-coronavirus


L-aħbarijiet u l-fehmiet dwar il-coronavirus ma jonqsux. X’aktarx li jkunu dwar pajjiżi importanti. Minbarra dwar Malta, nisimgħu kuljum dwar iċ-Ċina, l-Italja, Franza, Spanja, l-Ingilterra u l-Istati Unit. Dawn il-pajjiżi, għalkemm sinjuri, sabu ruħhom bla ħila quddiem il-pandemija. Bnew sptarijiet fi ftit jiem, bidlu katidrali fi sptar, żiedu s-sodod bl-eluf u pproduċew ventelaturi li jiswew l-eluf u maskri protettivi bil-miljuni.

Capture

Ħasra li jintesew il-pajjiżi foqra. Qishom ma jeżistux. Qishom mhumiex bnedmin. Imma jkun hemm min jaħseb fihom u jġibna f’sensina. Wieħed minn dawn hu Andrea Riccardi, il-fundatur tal-komunità ta’ Sant’Egidio. Dalgħodu, f’dan il-Għid, fakkar fin-nuqqas ta’ proviżjonijiet f’ħafna naħat tad-dinja u bħala eżempju semma s-Sud Sudan fejn fl-isptarijiet kollha m’għandhomx soda waħda għall-kura intensiva. Kemm għandna bżonn nies bħal Andrea Riccardi, bniedem ta’ integrita u li jħobb il-Knisja u jaħdem għall-ġid tal-imwarrbin. Andrea Ricardi, storiku u akkademiku, għadda snin fil-politika u kien ministru għall-koperazzjoni internazzjonali u l-integrazzjoni fi żmien il-Prim Ministru Mario Monti.

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.