“Għaraft leħni!” qal il-Papa Franġisku lejliet l-Għid lil Lorena Bianchetti, preżentatriċi tal-programm A Sua Immagine.
Mat-telefonata li l-Papa għamel b’sorpriża lill-programm, Bianchetti staqsietu kif qed jgħaddi dawn il-jiem. Il-Papa qal li hu ħsiebu fit-tbatija tal-bnedmin, kemm fl-imgħoddi kif ukoll f’din l-epidemija. Semma t-tobba, in-nurses, is-sorijiet u s-saċerdoti. Xebbahhom ma’ Marija, wieqfa taħt is-salib. Stieden biex inħarsu ‘l fuq bit-tama fi żmien il-Għid li jagħtina s-saħħa u l-faraġ. It-triq hi diffiċli imma għandna l-konfort li Ġesù diġa’ mexa din it-triq.
https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-04/pope-sua-immagine-television-surprise-call.html
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea