Il-Papa f’Santa Marta: Nitolbu biex il-politiċi u x-xjenzati jfittxu soluzzjoni għall-poplu u mhux għall-flus


It-Tnejn, 13 ta’ April 2020: Illum nitolbu għall-mexxejja, għax-xjenzjati, għall-politici li bdew jistudjaw kif se noħorġu mis-sitwzzjoni, żil-wara’ tal-pandemija, dan hu żmien li diġà beda: nitolbu sabiex isibu t-triq ġusta li tkun dejjem favur in-nies, dejjem favur il-popli.

Omelija

“Nagħżlu t-tħabbira biex ma nindifnux fl-oqbra tagħna”

L-Evanġelju tal-lum itina għażla, għażla tal-ħajja ta’ kuljum, għażla umana li ilha seħħ sa minn dakinhar: l-għażla bejn il-ferħ, it-tama tal-qawmien ta’ Ġesù u n-nostalġija tal-qabar.

In-nisa marru jiġru jagħtu l-aħbar (cf Mt 28,8): Alla dejjem bin-nisa jibda, dejjem.  Jiftħu t-toroq.  Ma jiddubitawx: jafu; rawh, missewh.  Raw ukoll il-qabar vojt.  Minnu li d-dixxipli ma setgħux jemmnuh u qalu: “imma forsi dawn in-nisa l-immaġinazzjoni tiġri bihom”… ma nafx, ġewhim id-dubji.  Imma huma (in-nisa) kienu ċerti u fl-aħħar mill-aħħar kienu huma li baqgħu imexxu ‘l quddiem dit-triq sal-ġurnata tal-lum:  Ġesù rxoxta, jinsab ħaj fostna (cf. Mt 28, 9-10). Imbagħad hemm l-aspett l-ieħor: aħjar ma ngħixx, nibqa’ bil-qabar vojt.  Dal-qabar vojt iġibilna ħafna problemi.  Hi deċiżjoni li naħbu l-fatt.  Hu bħal dejjem: meta ma nservux ‘l Alla, il-Mulej, inservu lill-alla l-ieħor, il-flus.  Niftakru x’qalilna Ġesù: huma żewġ ‘sinjuri’, is-Sinjur Alla u s-sinjuri flus.  Ma nistgħux naqdu lit-tnejn.  U biex jaħarbu minn din l-evidenza, minn dir-realtà, il-qassisin, id-dutturital-Liġi għażlu t-triq l-oħra, dik li offrielhom l-alla flus u ħallsu: xtraw is-skiet (cf Mt 28, 12-13).  Is-skiet tax-xhieda.  Malli miet Ġesù wieħed mill-għassiesa kien stqarr: “Tassew dan kien Iben Alla!” (Mk 15,39).  Dawn l-imsejkna ma jifhmux, jibżgħu għax hemm ħajjithom fin-nofs….. u marru għand il-qassisin, għand id-dutturi tal-Liġi.  U dawn ħallsu, xtraw is-skiet, u dan, għeżież ħuti, mhix tixħim, din hi korruzzjoni pura, korruzzjoni fl-għam;u pura tagħha.  Jekk inti ma tistqarrx lil Ġesù Kristu l-Mulej, fihem għaliex: fejn ikun hemm is-siġill ta’ qabrek, fejn hemm il-korruzzjoni.  Hu minnu li ħafna nies ma jistqarrux lil Ġesù għax ma jafuhx, għax aħna ma ħabbarnihx bil-koerenza, u dan hu ħtija tagħna. Iżda meta quddiem l-evidenzassir għażla favur dit-triq, din hi t-triq tax-xitan, it-triq tal-korruzzjoni.  Inħallsek u tagħlaq ħalqek.

Illum ukoll, quddiem il-prospettiva – nittamaw mhix bogħod – li ma ddumx ma tintemm dil-pandemija. hemm l-istes għażla: jew l-għażla tagħna se tkun favur il-ħajja, għall-qawmien tal-popli jew se tkun favur l-alla flus: nerġgħu lura lejn il-qabar tal-ġuħ, tal-jasar, tal-fabbriki tal-armi, tat-tfal bla edukazzjoni…. hemmhekk hemm il-qabar.

Kemm fil-ħajja tagħna personali kif ukoll fik-ħajja soċjali tagħnajalla l-Mulej jgħinna biex nagħżlu t-tħabbira: it-tħabbira li hi xefaq. miftuħa, dejjem: twassalna nagħmlu għażla favur il-bniedem.  U qatt ma naqgħu fil-qabar tal-alla flus.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber.