“Tħalluhomx jegħrqu”


Saċerdot Taljan, li huwa wkoll il-Kappillan tal-NGO Mediterranea Saving Humans wassal appell imqanqal lill-Isqfijiet Maltin biex jagħmlu pressjoni fuq il-Gvern bil-għan li jiġu salvati l-immigranti li jinsabu bejn sema u ilma fiz-zona Maltija ta’ tiftix u salvataġġ.

F’ittra li bagħat lill-Arċisqof Charles Scicluna u lill-Amministratur Appostoliku għal Għawdex Mario Grech, Don Mattia Ferrari qal li f’isem l-NGOs li qed joffru salvataġġ, qed jitlob bil-ħniena biex dawn il-persuni f’ħalq il-mewt jiġu salvati qabel ma l-baħar jibda jwebbes rasu.

Don Mattia Ferrari

Minn naħa tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna għadda l-ittra lill-awtoritajiet filwaqt li ġedded l-appell tiegħu lill-Gvern. L-ittra ntbagħtet fost l-oħrajn lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-President George Vella.

Mons. Scicluna tenna l-offerta ta’ għajnuna konkreta mill-Knisja.

Rapport minn-newsbook,com.mt

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.