Il-Vatikan bagħat ittra lill-Isqfijiet tal-Knisja b’serje ta’ mistoqsijiet bil-għan li l-Papa Franġisku jkollu stampa ta’ kif qed tiġi ċċelebrata l-Quddiesa tar-Rit Tridentin.
Mistoqsija minnhom hi jekk ir-Rit Tridentin hux iwieġeb għall-ħtiġijiet verament pastorali. Il-Papa Franġisku stqarr li r-riformi tal-Konċilju Vatikan II huma “irriversibbli”. Fid-dawl tal-ħafna vjaġġi li għamel fl-Afrika u fl-Asja, il-Papa Franġisku jixtieq jaf jekk ir-Rit Tridentin hux qed ikun parti mill-missjoni li talab il-Konċilju. Dan l-aħħar il-Vatikan ħareġ talbiet ġodda biex jintużaw fir-rit Tridentin.
https://www.thetablet.co.uk/news/12819/pope-orders-review-of-old-rite-
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea