Il-Vatikan jikkunsidra l-ftuħ tal-uffiċċji


Il-Vatikan qed jikkunsidra li jiftaħ gradwalment l-uffiċċji tiegħu hekk kif l-Italja qed tipprepara biex tneħħi l-konfinament nazzjonali li ilu mas-60 ġurnata. Kien hemm 9 każi ta’ infezzjoni mill-virus fost l-impjegati tal-Vatikan. Fir-reġjun ta’ Lazio, fejn qiegħed il-Vatikan, 4500 persuna ttieħdu bil-Covid-19 u mietu 363. Il-Vatikan kien ħa l-miżuri neċessarji bl-egħluq tal-Bażilka, il-pjazza, il-mużewijiet u postijiet pubbliċi oħra.

https://bccatholic.ca/news/world/vatican-city-prepares-to-ease-coronavirus-restrictions-in-may

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.