Il-Papa jirrikonoxxi l-kuraġġ ta’Alex Zanardi


Il-Papa Franġisku sejjaħ lil Alex Zanardi, rebbieħ ta’ tlielaq tal-karozzi, eżempju ta’ kif tibda’ mill-ġdid wara waqfa li ma tkunx tistenna.

1000-30-690x450Il-Papa għamel dan f’ittra lil Zanardi fejn qallu li “permezz tal-isport, inti għallimtna nkunu protagonist f’ħajjitna, hekk li nagħmlud-diżabilità lezzjoni ta’ umanita’.” Zanardi, ta’ 53 sena, jinsab f’koma wara li l-handbike tiegħu ħabtet ma trakk waqt tiġrija fi Pienza fid-19 ta’ Ġunju. Kien ikkompeta fil-Formula 1 u fl-1997 u fl-1998 rebaħ il-kampjonat fil-kategorija msejħa American Memorial CART. Fl-2001 tilef riġlejh it-tnejn f’inċident serju fit-tiġrija li saret fil-Ġermanja.

https://cruxnow.com/vatican/2020/06/pope-tells-injured-italian-paralympics-star-he-made-disability-a-lesson-in-humanity/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.