Fil-merħba lill-grupp ta’ lingwa Taljana, fl-udjenza ġenerali ta’ nhar l-Erbga 24 ta’ Ġunju, sollennità tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista, il-Papa Franġisku għamel stedina biex kuħadd jersaq iktar qrib lejn Alla.
Il-Papa qal li għandna nitgħallmu mill-Prekursur ta’ Ġesu’ l-ħila li nagħtu xhieda b’kuraġġ għall-Vanġelu, ‘lil hemm mid-differenzi tagħna, filwaqt li nżommu armonija u ħbiberija li huma l-bażi ta’ kull proklamazzjoni kredibbli tal-fidi.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea