Illum il-Knisja tfakkar lil Beata Jutta ta’ Turinġia

Print Friendly, PDF & Email

Fil-25 ta’ Ġunju l-Knisja tfakkar lil Beata Jutta ta’ Turinġia, Nobbli li għexet bejn is-snin 1184 sa 1264.

Jutta twieldet fl-1184 ġewwa l-Ġermanja. Kienet l-ewwel bint ta’ Hermann I ta’ Turinġia u l-ewwel mara tiegħu Sofia.

Fl-1196, hija żżewġet lil Dietrich I ta’ Meissen u kellhom ħamest itfal. Il-virtù u d-devozzjoni kienu fuq quddiem nett fil-ħajja tal-koppja. Fl-1221, kienu qed jivjaġġaw f’pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa, meta Dietrich miet.

Wara li rat li wliedha ma jkun jonqoshom xejn, ingħatat ħajjitha għal Alla. Qassmet l-ilbies lussuż tagħha, il-ġojjelli kollha tagħha, l-għamara u l-fajjenza, il-grad tagħha, u daħlet sekular Franġiskan.

Bdiet tiddedika ħajjitha għall-proxxmu, tieħu ħsieb il-morda l-iżjed il-lebbrużi, il-foqra, il-persuni b’diżabbiltà, l-għomja u kienet tilqagħhom f’darha. Kienet tara wiċċ Alla f’kull wieħed u waħda minnhom, għad li ħafna nies kienu jiddieħku biha.

Fis-sena 1260, ftit biss qabel mietet, Jutta marret f’eremitaġġ ġewwa parti pagana fil-Ġermanja. Ma kinitx tieqaf titlob għall-konverżjoni tagħhom. Aktarx mietet fis-sena 1264. Hija l-Patruna tal-Prussja.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Leave a Reply

%d bloggers like this: