L-isptar ‘Bambino Ġesù, tal-Vatikan, nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju ħabbar li saret operazzjoni b’suċċess fuq tewmin siamiżi li nġiebu Ruma mir-Repubblika tal-Afrika Centrali. “Ervina and Prefina twieldu darbtejn,” qalet l-omm, Ermine, bid-dmugħ f’għajnejha waqt konferenza- stampa.” Tixtieq li jirċievu l-Magħmudija mill-Papa Franġisku għax hu ħsiebu fit-tfal tal-villaġġi Afrikani. L-omm trid li meta jikbru, it-tfal isiru tobba biex isalvaw tfal oħra.
Ervina u Prefina twieldu flimkien minn wara r-ras. F’Lulju tal-2018, Mariella Enoc, il-president tal-Isptar pedjatriku tal-‘Bambino Ġesù’ kienet iltaqgħet mat-tewmin f’missjoni fil-pajjiż u ddeċidiet li ġġibhom Ruma għall-kura meħtieġa.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea