Ma tiflaħx fil-preċett

Print Friendly, PDF & Email

F’dawn il-ġranet li fihom it-tfal qed jirċievu l-Ewwel Tqarbina, ġieli jiġri li jkun hemm tifla jew tifel li ma jkunux jifilħu dakinhar li ssir l-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa fejn joqogħdu. Ikollhom jibqgħu ġewwa, filwaqt li sħabhom jieħdu sehem fil-festa tal-Preċett, li tant ikunu ilhom jistennew. Meta jiġri hekk, it-tifla jew it-tifel jagħmlu I-Preċett f’xi ġurnata oħra meta jkun għaddielhom.

precettHekk ġraIha ċ-ċkejkna Kirsty. Fil-Preċett, Kirsty ma kinitx tiflaħ. Il-Kappillan u t-teacher tad-duttrina marru jarawha d-dar, għax bdiet tibki li tilfet il-festa. Il-Kappillan qalilha biex iI-Ħadd ta’ wara tiġi l-knisja bil-Iibsa tal-Preċett ħalli, imdawra mit-tfal sħabha, tirċievi l-Ewwel Tqarbina.

Wasal il-Ħadd ta’ wara. Kirsty kienet quddiem nett fil-knisja mal-mamà u l-papà tagħha. Għall-Quddiesa ġew it-tfal tal-klassi tal-katekiżmu, li kienu għamlu l-Ewwel Tqarbina l-Ħadd ta’ qabel. Imma dawn ma ġewx bil-libsa tal-Preċett. Ġew ukoll it-tfal tal-klassi tal-iskola, u t-teacher kienet hemm ukoll. Kirsty tant ħadet pjaċir bil-Quddiesa, l-aktar bil-kant sabiħ li kien hemm. Kantaw l-istess tfal li kantaw fil-Preċett ta’ sħabha. U Kirsty qrat talba sabiħa waqt il-Quddiesa.

Meta spiċċat il-Quddiesa u Kirsty marret lura d-dar, hija qalet hekk lill-mamà tagħha: “Mamà, jiena ma rridx li jkolli party sabiħ, imma li jkolli Quddiesa oħra, sabiħa bħalma kelli!”
_____
Kemm kienet brava Kirsty! Għaliha l-aqwa ħaġa fil-Preċett ma kinitx il-party, il-videos u r-ritratti imma l-gost li toqgħod ħdejn Ġesù.
Għalkemm żgħira, Kirsty ndunat li ħadd ma jagħmilna ferħanin daqskemm jagħmilna ferħanin Ġesù. L-iktar meta jiġi ġo fina fl-Ewkaristija.

Kemm hi ħaġa sabiħa li t-tfal li jirċievu l-Ewwel Tqarbina jibqgħu jmorru l-knisja biex jisimgħu l-Quddies u jitqarbnu. Inkella għalxejn tkun saret il-festa tal-Preċett!
Kemm jieħu pjaċir Ġesù meta jara li l-familja qed tgħidlu “thank you” ta’ kemm iħobbna!

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: