Messaġġ tal-Papa fi tmiem il-Quddiesa ta’ Beatifikazzjoni. 2001


Messaġġ tal-Papa Ġwanni Pawlu II fi tmiem il-Quddiesa ta’ Beatifikazzjoni, Fosos tal-Floriana, 9 ta’ Mejju 2001.

Għeżież Ħuti,

Nixtieq nirringrazzjakom talli ħadtu sehem bil-ġabra f’din il-liturġija. Bit-talb u l-kant aħna ħadna sehem fil-ferħ kbir tal-Knisja meta iddikjarajna Beati żewġ ulied ta’ din il-Gżira u ta’ soru li għaddiet il-biċċa ‘l kbira ta’ ħajjietha f’Malta f’konsagrazzjoni eżemplari.

Meta terġgħu lura id-dar, ħudu l-barka tal-Papa lil qraba tagħkom u lil sawk li joqogħodu ħdejkom u li ma segħux jkunu preżenti hawnhekk.

B’mod partkulari nixtieq insemmi b’imħabba u solidarjeta’ xi kategoriji ta’ persuni li ma kienux preżenti hawnhekk fiżikament iżda li żgur kienu magħqudin magħna fl-ispirtu.

Tifkira kordjali tmur għal dawk kollha li joqghodu fil-Gżira ta’ Għawdex, li ma kienx possibbli li nżur din id-darba.

Nibgħat tislija speċjali lis-sorijiet tas-sitt kunventi tal-klawsura. Jiena naf li jitolbu kuljun għall-Papa. Għeżież Sorijiet, nirringrazzjakom u nitlobkom biex tkomplu tkunu l-pilastri spiritwali tal-Knisja.

Jiena niftakar u nħossni qrib ħafna ma’ l-anzjani. Lill-morda ngħilihom: intlew bit-tama u kunu kuraġġużi! Inthom tistgħu tagħtu sehem kbir fix-xogħol ta’ fidwa ta’ kristu, billi tgħaqqdu t-tbatijiet tagħkom ma dawk tal-Mulej Imsallab.

U issa, b’imħabba partikulari insellem lir-residenti tal-Fakulta’ Korrettiva ta’ Corradino. Jien naf li kienet ix-xewqa kbira tagħkom, kif ukoll tal-qraba u l-ħbieb tagħkom, li jkollkom żjara mill-Papa b’tifkira ta’ San Pawl, l-Appostlu priġunier. Iżda dan ma kienx possibbli. Ngħannaqkom lkoll spiritwalment, u nitlob għalikom grazzji abbundanti ta grazzji. Alla jberikkom lkoll!

Ikun imfaħħar Ġesu’ Kristu!